Join Us On:

News Archive

CD BIL-MARĊI BRIJUŻI 2014

cover cd banda festa 2014FOR PRINT

Il-Banda Ċittadina La Stella għadha kif ħarġet għall-bejgħ sett ta’ marċi brijużi għall-festa ta’ din is-sena. Is-sett jinkludi marċ tal-Prof. Joseph Vella, s-Surmast Direttur tal-Banda, ta’ Vincenzo Ciappara, u tal-bandisti Mario Galea, George Borg u George Camilleri, fost oħrajn. Ic-CD fih ukoll marċi ta’ Joe Galea u Sunny Galea. Wieħed jista’ jara l-lista kompleta fir-ritratt ta’ hawn taħt.

back cd banda festa 2014FOR PRINT

Ritratt faċċata: Purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ fil-festi speċjali tal-175 sena mill-miġja tal-istatwa f’Għawdex, il-Ħadd, 4 ta’ Mejju 2014. (ritratt: jjpzammit) Ritratt wara: Is-Surmast Joseph Vella u l-Assistent Surmast Sigmund Mifsud fl-okkażjoni tal-ħatra ta’ Assistent Surmast tal-Banda Ċittadina La Stella waqt il- Programm Mużikali Annwali tal-Banda Ċittadina La Stella, nhar is-Sibt 16 ta’ Novembru 2013. (ritratt: Joe Attard)

Ic-CD jista’ jiġi akkwistat għal donazzjoni ta’ €12 mill-Każin La Stella.  Wieħed jista’ wkoll iċempel fuq 79560250 jew jibgħat fuq [email protected].