Join Us On:

News Archive

AMOR – SFILATA TA MODA ĠEWWA T-TEATRU ASTRA

 

Nhar il-Ħadd li għadda, 23 t’Ottubru, ġewwa t-Teatru Astra Cultural Hub, nżammet sfilata ta’ moda ta’ livell għoli ħafna, bl’isem ta’ Amor.

L-isfilata ppreżentat kollezzjoni ta’ lbiesi mpressjonanti, li taw spettaklu lil kullmin attenda għal din il-produzzjoni.  L-ilbiesi kienu kollha xogħol ta’ Il-Ħjata – Vicky Ann Xuereb, stilista stabbilita u brava Għawdxija li uriet il-kapaċitajiet kreattivi tagħha lil dawk kollha li attendew.  It-tema tal-ilbiesi, mnebbħa mill-kultura Spanjola, integrat sew mal-ambjent u l-atmosfera bħalissa ġeww t-Teatru Astra hekk kif f’dawn il-ġranet qed isiru l-aħħar tħejjijiet tal-opra Carmen.

Is-serata kienet animata mill-mużiċisti Cordia String Quartet, il-grupp mużikali Mara u żfin tal-flamenco mill-grupp Alegria Dance Company, fejn dawn tal-aħħar żiedu sew l-atmosfera tal-kultura Spanjola.

Dan l-avveniment kien possibbli biss bl-għajnuna ta’ bosta, fostom; Vicky Ann Xuereb u t-tim tagħha, il-mudelli kollha, il-Cordia String Quartet, Mara, Alegria Dance Company, Hush Studios, Mobile Hairdressing by Clodia, Ann Marie Caruana, id-diriġenti tat-Teatru Astra, il-Ministeru għal Għawdex u d-Direttorat tal-Kulutra u l-Wirt Nazzjonali.

Ritratti: Hush Studios