Join Us On:

News Archive

ALEXIA MICALLEF TIRBAĦ IR-RABA’ EDIZZJONI TAL-FESTIVAL KANTAMAGĦNA

Nhar is-Sibt 21 ta’ Jannar, ġewwa t-Teatru Astra ttellgħet ir-raba’ edizzjoni tal-festival Kantamagħna – festival għal kantanti bejn l-10 u l-35 sena organizzat minn DCapitals Big Band. Fil-festival ipparteċipaw 24 kantant/a li kienu mqassma fi tliet kategoriji skont l-età tagħhom. Alexia Micallef ġiet magħżula mill-membri tal-ġurija bħala r-rebbieħa overall tal-festival. Hija interpretat il-kanzunetta ‘Killing me softly’ u ntagħżlet ukoll bħala r-rebbieħa ta’ Kategorija Ċ. Ir-rebbieħa u runners-up kollha kienu dawn:

Distinct Talent Award: Ramires Sciberras

Rebbieħa Kategorija A (10-13-il sena): Elisa Buttigieg

Runner-up Kategorija A: Eve Tabone

Rebbieħa Kategorija B (14-17-il sena): Maya Cauchi

Runner-up Kategorija B: Luana Schembri

Rebbieħa Kategorija Ċ (18-35 sena): Alexia Micallef

Runner-up Kategorija Ċ: Geo Debono

Rebbieħa tal-Festival: Alexia Micallef

Il-kantanti kollha kienu akkumpanjati live minn DCapitals Big Band taħt id-direzzjoni tas-surmast George Apap. Il-festival ġie ppreżentat minn Morena Camilleri. Il-kantanta rebbieħa ser tingħata sena kuntratt ma’ DCapitals fejn ser ikollha l-opportunità li tkanta f’numru ta’ avvenimenti li l-band ikollha kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta. Kantamagħna ġie mtella’ bil-kollaborazzjoni tad-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex; il-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria; u Distinct Homes Ltd.

DSC_1958 DSC_2112 DSC_2116