Join Us On:

News Archive

AKTAR SERVIZZI MILL-BANDA LA STELLA

Is-servizzi fil-festi tal-Banda La Stella ma jispiċċawx fi tmiem is-sajf.  Fil-fatt nhar il-Ħadd li għadda, festa parrokkjali tal-Appostlu Sant’Andrija fil-Parroċċa tal-Fontana, il-Banda La Stella akkumpanjat purċissjoni mmexxija minn Mons. Rużar Borg mat-toroq ewlenin tal-lokal.

 

Tard wara nofsinhar il-Banda tagħna laqgħet fuq iz-zuntier tal-Knisja l-istatwa devota ta’ Sant’ Andrija, xogħol tal-1909 mill-istatwarju minn Ħal-Qormi, Karlu Mallia.  Il-purċissjoni kienet akkumpanjat wkoll minn diversi devoti matul it-toroq.  It-Tridu solenni ta’ matul il-jiem tal-festa sar minn saċerdot mill-parroċċa ta’ San Ġorġ, Dun Geoffrey George Attard. Ta’ min ifakkar li l-festa titulari tal-Fontana hija dik iddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’Ġesu li ssir f’nofs Ġunju, fejn il-Banda tagħna jkollha wkoll diversi servizzi.

 

Is-servizzi mill-Banda La Stella fil-festi t’Għawdex għadhom ma spiċċawx.  Fi ftit jiem oħra imiss li ddoqq fil-Kunċizzjoni tal-Belt Victoria.  Din hija konferma oħra ta’kemm il-Banda tagħna hija mfittxija minn kważi kull post f’Għawdex fejn isiru l-festi, sajf u xitwa !  Prosit tassew lill-bandisti li jagħtu servizz kontinwu matul is-sena kollha.