Join Us On:

News Archive

AKKADEMJA MUŻIKO-LETTERARJA

Illejla, fit-8.15pm se ssir akkademja mużiko-letterarja fl-okkażjoni tal-125 anniversarju tal-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ.  Fit-7.45pm titlaq dimostrazzjoni qasira bl-istatwa mill-każin La Stella sa Pjazza San Ġorġ.  Waqt is-serata se jiġi segwit l-Ewwel Innu l-Kbir ta’ Għawdex “Su Garzoni” (1894), versi u mużika ta’ Mons Giuseppe Farrugia (1852-1925).  Il-Banda Ċittadina La Stella se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dr John Galea filwaqt il-kor tat-tfal tat-Teatru Astra “Piccole Stelle” se jkun taħt id-direzzjoni ta’ Ms Sylvana Cini.

Matul din l-attività is-Soċjetà Filarmonika La Stella se tkun qed tonora numbru ta’ bandisti għas-servizz twil li taw jew li għadhom jagħtu.

Għalhekk intom ilkoll mistednin biex tattendu għal dan l-avveniment fil-bidu tal-festi esterni tagħna.

IMG_2425

IMG_2357