Join Us On:

News Archive

39 KANDIDAT GĦALL-ELEZZJONI TAL-KUMITAT ĠENERALI

Wara li nhar il-Ħadd li għadda saret il-Laqgħa Ġenerali tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella u ġiet fi tmiemha sena ta’ ħidma mill-kumitat ġenerali u s-sotto kumitati kollha tas-Soċjeta’; għada jmiss li ssir l-elezzjoni biex jiġi eletti l-membri tal-kumitat ġenerali għas-sena 2010/11. Proprju llum, tħabbret uffiċjalment il-lista ta’ kandidati li ser joħorġu għal din l-elezzjoni. Din il-lista ġiet maħruġa mill-kummissjoni elettorali ffurmata minn: George Borg (Chairman); Andrew Formosa u Joe Tabone.

Fil-fatt din il-lista tinkludi xejn inqas minn 39 kandidat: numru ferm sabiħ li juri biċ-ċar kemm fis-Soċjeta’ tagħna għandna persuni li jridu jagħtu l-kontribut tagħhom biex is-Soċjeta’ tagħna tkompli miexja aktar ‘il quddiem. F’din il-lista insibu diversi kandidati li diġa’ servew f’dan il-kumitat jew f’kumitati oħra fi ħdan l-istess Soċjeta’; numru ta’ kandidati li qed jerġgħu jikkontestaw wara nuqqas ta’ xi ftit snin; numru ta’ bandisti li minbarra s-sehem tagħhom fil-banda jixtiequ jagħtu kontribut fit-tmexxija tas-Soċjeta’; kif ukoll kandidat mara wara nuqqas twil ta’ snin. Iva, wara numru ta’ snin qed nerġgħu naraw fuq il-lista ta’ kandidati għall-kumitat ġenerali, kandidat femminili: Maria Frendo, li minbarra li hija direttriċi tal-kor Laudate Pueri tal-bażilika ta’ San Ġorġ, hija wkoll deputy chairperson tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali. 

Il-lista tal-kandidati kollha għall-elezzjoni tal-kumitat ġenerali fl-ordni alfabetika hija din:

Apap George
Attard George
Attard Ino
Attard Mario
Borg Francis J
Borg George
Borg James L
Borg Joseph
Brignoli Jonathan
Buhagiar John
Buhagiar Manuel
Buttigieg Michel
Cachia Godwin
Camilleri David
Camilleri George
Camilleri Josef
Cassar Dolindo
Cauchi Joseph
Cini Aaron
Cini George
Cini Paul
Cini Silvio
Cremona George
Farrugia George
Farrugia Joseph
Formosa Michael
Frendo Maria
Grech Dr Joseph
Gatt Clint
Grima James
Sacco Thomas
Said Michael
Schembri Francis
Vassallo George
Zammit Anthony
Zammit Anton
Zammit George
Zammit Nathanael
Zammit Paul

L-elezzjoni ser issir għada filgħodu fil-każin La Stella u għaliha huma eliġibbli li jivvutaw il-bandisti residenti kollha tas-Soċjeta’.

Aktar aġġornamenti dwar l-elezzjoni tal-kumitat ġenerali ‘l quddiem.