Join Us On:

News Archive

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN ĠORĠ

Din il-ġimgħa se nkunu qed niċċelebraw il-festa liturġika ta’ San Ġorġ Martri, Patrun u Protettur ta’ gżiritna.  Naturalment din is-sena se nkunu qed niċċelebraw il-jum tat-23 t’April b’mod differenti peress li qed ngħixu sitwazzjoni partikolari minħabba il-pandemija tal-Covid 19. Fil-Bażilika…

Continue reading

RESTAWR TA’KUNTRABAXX ANTIK

Minkejja s-sitwazzjoni preżenti, s-Soċjetà Filarmonika La Stella qed tkompli bil-proċess ta’ rinnovazzjoni u restawr kemm fejn jidħol il-Każin La Stella kif ukoll fejn jidħlu oġġetti ta’ valur għoli, bħal dokumenti storiċi, strumenti u bosta affarijiet oħra. Naturalment kollox sa fejn ir-regolamenti dwar…

Continue reading

CD ĠDID B’MARĊI FUNEBRI: CONSUMMATUM EST

Fil-ġranet li ġejjin is-Soċjetà Filarmonika La Stella ser tniedi sett ġdid ta’ Marċi Funebri – ġest ta’ tama f’dawn il-mumenti iebsin. Dan is-sett ta’ marċi, li jinkludi kemm repertorju ġdid kif ukoll ieħor mill-arkivji, ġie ppreparat mil-Banda Ċittadina La Stella…

Continue reading

SISTER ACT – POSTPONED !

In light of the recent directive issued by the Government, and in the interest of our cast and audience, Teatru Astra regretfully announces the postponement of its upcoming musical Sister Act which was scheduled for the 19, 20, 21 and…

Continue reading

APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-GRUPP FOLKLORISTIKU ASTRA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella se tkun qed tilqa’ l-applikazzjonijiet għal persuni li jixtiequ jissieħbu bħala membri tal-Astra Folk Group, li fil-mument huwa għaddej minn proċess ta’ rijorganizzazzjoni. Il-formula tal-applikazzjoni tista’ tinġabar mill-Bar tal-Każin tal-Banda La Stella. Din is-sejħa tibqa miftuħa…

Continue reading

ABBONAMENT SOĊJI 2020

Nixtiequ nfakkru lil dawk li għadhom ma ħallsux il-miżata għall-2020 li jistgħu jagħmlu dan fuq l-indirizz elettroniku https://teatruastra.org.mt/support – fejn wieħed isib ukoll lista tal-benefiċċji marbuta ma dan l-abbonament.  Wieħed jista’ wkoll jibgħat ċekk pagabbli Soċjetà Filarmonika La Stella, fuq…

Continue reading

LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI

Il-bieraħ filgħaxija inżammet il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella fis-sala Giuseppe Giardini Vella, li tmexxiet mill-President Michael Formosa. Fiha ġew ippreżentati r-rapport amministrattiv mis-Segretarju Matthew Zammit u r-rapport finanzjarju mill-kontrollur finanzjarju Joseph Tabone. Saru wkoll ir-rapporti mis-sotto-kumitati u anke’…

Continue reading

HALLEJTNA KMIENI WISQ!

Tard il-bieraħ filgħodu ġriet bħal leħħa ta’ berqa l-aħbar traġika li ħallietna Christine Gauci, fl-età żghira ta’ 35 sena. Christine Gauci, suldat mal-Forzi Armati ta’ Malta, kienet iddoqq is-saxophone soprano mal-Banda Ċittadina La Stella u  ħarġet għall-ewwel servizz fl-1 ta’ Frar 2015, fl-okkażjoni…

Continue reading

DESK DIARY 2020

Bħal ma’ ġara fis-snin ta’ qabel is-Soċjetà Filarmonika La Stella ħejjiet Desk Diary mimli nformazzjoni għas-sena 2020.   Ħajr speċjali jmur lis-Sur Dolindo Cassar li ħa ħsieb din il-biċċa xogħol mhux faċli.  Grazzi wkoll lil dawk in-negozji u entitajiet li rreklamaw f’din il-pubblikazzjoni.  Kopja tad-desk…

Continue reading

ŻEWĠ BANDISTI ĠODDA

Il-Festa tal-Kunċizzjoni ta’ din is-sena ġabet magħha ferħ doppju għall-Banda Ċittadina La Stella. L-ewwel ferħa kienet naturalment is-sehem tagħna fil-festa xitwija tal-Immakulta, li fiha din is-sena t-temp kien tassew ħanin u rnexxa kollox.  Imma din is-sena kellna ferħa oħra peress…

Continue reading

SHOWCASING TOMORROW’S PERFORMERS

Matul Festival Mediterranea 2019, li ġie fi tmiemu ftit tal-ġimgħat ilu bil-kunċert annwali tal-Banda Ċittadina La Stella, din is-sena kellu appuntament importanti ħafna għal dawk li jħobbu l-mużika u l-banda tagħna.  Dan kien kunċert imtella’ mill-istudenti tal-iskola tal-mużika tal-Banda Ċittadina…

Continue reading

WASLET IL-FESTA TA-KUNĊIZZJONI !

Fi tmiem il-ġimgħa li ġej il-Belt Victoria se tkun qed tiċċelebra l-festa għażiża ta’ Marija Immakulta, ġewwa l-Knisja ta’ San Franġisk, festa li aħna l-Ġorġjani nkunu qed nistennew b’ħerqa kbira. Il-Banda Ċittadina La Stella għal darba oħra se tkun qed…

Continue reading

IKLA B’RISQ IL-FESTA

L-Għaqda Żgħażagħ La Stella, ser tkun qed torganizza ikla b’riżq l-ispejjeż li jġib magħha l-festa ta’ San Ġorġ nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru fil-Każin tal-Banda La Stella fit-8.30pm. Biex tibbukkjaw, ċemplu fuq 79562634 jew 99551588. Il-preżenza tagħkom tagħmlilna kuraġġ, waqt…

Continue reading

KUNĊERT ANNWALI MILL-BANDA LA STELLA

Il-bieraħ ġie fi tmiemu Festival Mediterranea 2019, li issa wasal fit-18 -il edizzjoni, permezz tal-Kunċert Annwali mill-Banda Ċittadina La Stella, li għall-ewwel darba kien taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dr John Galea. Il-kunċert beda billi ndaqqet La Forza del Destino ta’ Verdi,…

Continue reading

SUĊĊESS KBIR BL-OPRA IL TROVATORE

Il-bieraħ ġiet fit-tmiemha t-tieni rappreżentazzjoni tal-opra ta’ Giuseppe Verdi, Il Trovatore, ġewwa t-Teatru Astra, li għaliha attenda l-President ta’ Malta, l-E.T. Dr George Vella, il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Dr Justyne Caruana, is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Clint Camilleri u bosta membri parlamentari…

Continue reading

IL TROVATORE – SPETTAKLU KBIR

Il-bieraħ saret l-ewwel rappreżentazzjoni tal-opra ta’ Giuseppe Verdi Il Trovatore fit-Teatru Astra.  Ma hemmx dubju li għal darba oħra t-Teatru Astra żamm il-livell għoli li intlaħaq fl-aħħar snin b’ rappreżentazzjoni ta’ klassi – ġawhra oħra fil-kullana ta’ suċċessi tat-Teatru Astra.…

Continue reading

FESTA PARROKKJALI TA’ SAN MIKIEL

Illum hija l-festa liturġika ta’ San Mikiel Arkanġlu.  Kif jixraq f’dan il-jum ta’festa l-istatwa ta’ San Mikiel Arkanġlu tintrema fil-korsija tal-Bażilika għal qima ta’ dawk kollha li jżuruna f’dan il-jum.  Fil-11am fil-Bażilika se jkollna l-pontifikal solenni immexxi mill-E.T. l-Arċisqof Mons.…

Continue reading

IT-TEATRU ASTRA JĦABBAR IL-MUSICAL ‘SISTER ACT’

It-Teatru Astra jhabbar il-musical ‘Sister Act’ It-Teatru Astra, bi pjaċir iħabbar il-ħames musical live konsekuttiv. Għall-istaġun li jmiss, l-Astra se jkompli jiddiversifika r-repertorju ta’ ġeneri tiegħu permezz tal-musical ‘Sister Act’, suċċess Amerikan maħruġ bħala film fl-1992, u maqlub għal musical…

Continue reading

SERVIZZ ĠEWWA SAN LAWRENZ

Illejla l-Banda Ċittadina La Stella kompliet bis-servizzi tagħha fil-festi tas-sajf, sewwasew fir-raħal ta’ San Lawrenz għall-festa ta’ San Lawrenz Martri.  Is-servizz kien jikkonsisti fid-daqq tal-innu l-kbir, l-innu marċ u innu reliġjuż għad unur San Lawrenz, waqt il-ħruġ tal-istatwa. Wara sar…

Continue reading

SEHEM FIL-FESTA TA’ SANTA MARGERITA

Nhar il-Ħadd li ġej il-Banda Ċittadina La Stella tkompli bis-servizzi tagħha fil-festi tas-sajf.  Wara ġimgħa impenjattiva fil-festa tal-patrun tagħna San Ġorġ Martri, imiss issa li nieħdu sehem fil-festa ta’ Santa Margerita, ġewwa ta’ Sannat. Ir-raħal ta’ Sannat għandu rabtiet storiċi…

Continue reading

1 2 3 33