Join Us On:

IL-KOR LAUDATE PUERI FIL-VATIKAN

IMG_1667

Il-Kor Laudate Pueri tal-Bażilika ta’ San Ġorġ, Għawdex, nhar il-Ħadd kellu udjenza sabiħa mal-Papa Franġisku dritt wara t-talba ta’ l-Angelus fi Pjazza San Pietru, hekk kif il-Papa kien dieħel fid-Dar Santa Marta fil-Vatikan.   Hawn hu sab jilqgħuh il-membri tal-Kor Għawdxi, taħt id-direzzjoni tal-Kan. George J. Frendo, li kantawlu ftit strofi mill-innu Ewkaristiku sabiħ “Nadurawk, ja Ħobż tas-Sema”, oriġinarjament miktub bit-Taljan mill-poeta nazzjonali Malti Dun Karm Psaila u mmużikat minn Giuseppe Caruana għall-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali miżmum f’Malta fl-1913.

Capture

Mons. Dr Ġużeppi Farrugia, fundatur tal-Kor, ippreżenta lill-Papa b’pittura ta’ Celia Borg Cardona bit-tema San Giorgio, Vittoria della Pace.  Il-Papa, min-naħa tiegħu, sab il-ħin isellem personalment lill-membri tal-Kor, fuq 45 b’kollox, fil-parti l-kbira tagħhom żgħażagħ universitarji, kif ukoll lill-familjari li kienu jakkumpanjawhom.  Huwa ta wkoll bħala għotja lill-Parroċċa ta’ San Ġorġ, mnejn ġej il-Kor, sett ta’ impollozzi tal-fidda, waqt li għadda lill-Mużew tal-Bażilika Il-Ħaġar, pinna tal-fidda bl-istemma tiegħu.

F’din il-laqgħa memorabbli mal-Papa, il-Kor kien akkumpanjat ukoll minn Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, u mill-Arċipriet Mons. Pawlu Cardona.  Kien hemm preżenti wkoll Mons. Alfred Xuereb, Segretarju Personali tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, li wkoll ġej mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ.

Il-Kor ġie mistieden Ruma minn Mons. Massimo Palombella sdb, Direttur tal-Kappella Pontifiċja Sistina, biex ikanta mal-Kor Papali fil-Quddiesa ta’ l-Epifanija ta’ nhar it-Tnejn 6 ta’ Jannar 2014 fil-Bażilika ta’ San Pietru.  Il-Quddiesa, immexxija mill-Papa Franġisku bdiet fl-10.00am u kient mixandra live fuq it-televiżjoni.

1553402_485819704860194_1069505178_o

 
 
 
 
(Photo by Andrew Formosa)

Untitled3

Intant, is-Sibt, il-Kor Laudate Pueri ta kunċert ta’ motetti sagri fil-Parroċċa Pontifiċja ta’ Sant’Anna fil-Vatikan, li għaliha attendew, fost mistiedna distinti oħra, l-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Angelo Comastri, Arċipriet tal-Bażilika ta’ San Pietru; l-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Prospero Grech osa; u l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex.  Il-kunċert kien taħt il-patroċinju distint tal-Kunsill Pontifiċju tal-kultura.

Għal dawk li ma setgħux jaraw il-quddiesa qed inpoġġu link tar-recording tagħha.