Join Us On:

BANDA  

INTRODUZZJONI

Il-Banda Ċittadina u Dekana La Stella dejjem tat kontribut mill-akbar lill-qasam mużikali u kulturali ta’ gżiritna. Matul il-medda tas-snin, il-Banda La Stella tmexxiet minn surmastrijiet ta’ ħila kbira fostom Mro Giuseppe Giardini Vella u l-Prof Joseph Vella.  Il-Banda La Stella hija l-ewwel banda Għawdxija li daqqet programmi f’Malta u barra minn Malta. Hija esegwiet programmi mużikali f’uħud mill-aqwa pjazez tal-Ewropa. Fl-istorja glorjuża tagħha, il-Banda tal-Belt Victoria bla dubju għandha rekord ta’ ġrajjiet storiċi li jagħmlulha unur.  Isem il-Banda Ċittadina La Stella huwa sinonimu mat-Teatru Astra, l-Parroċċa ta’ San Ġorġ tal-Belt Victoria u l-festa f’ġieħ il-Patrun ta’ Għawdex San Ġorġ Martri.

Il-BANDA ĊITTADINA LA STELLA BARRA MINN MALTA

Kif semmejna, il-Banda La Stella għandha ħafna primati fil-kullana tas-suċċessi tagħha. Fost dawn hemm dak li kienet l-ewwel banda Għawdxija li daqqet f’Malta kif ukoll barra minn Malta. Din hija ġabra ta’ mawriet li l-Banda għamlet bejn l-1947 u l-1999.

1947 09 Katanja 02

1) Surmast Giuseppe Giardini Vella – Programm di Gala – Villa Bellini, Katanja, Sqallija, l-Italja – 13 ta’ Settembru 1947. Il-banda ġiet irregalata bi stendard ta’ Katanja mis-sindku tal-belt.

2) Surmast Anthony Sammut – Programm di Gala – Villa Bellini, Katanja, Sqallija, l-Italja – 4 ta’ Settembru 1948.

3) Surmast Giuseppe Giardini Vella – Programm di Gala – Piazza Politeana, Palermo, Sqallija, l-Italja – 21 ta’ Awwissu 1949.

1954 08 Katanja 02 (_anni Vella)

4) Surmast Ġanni Vella – Programm di Gala – Villa Bellini, Katanja, Sqallija, l-Italja – 29 ta’ Awwissu 1954.

1973 08 Firenze 02

5) Surmast Joseph Vella – Programm di Gala – Piazza della Signoria, Firenze, l-Italja – 31 ta’ Awwissu 1973. Surmast Joseph Vella – Marċ – Piazza Rotonda, Salerno, l-Italja – 2 ta’ Settembru 1973. Il-banda ġiet irregalata bi stendard ta’ Salerno.

1975 07 28 Piazza Navona, Roma

6) Surmast Joseph Vella – Programm di Gala – Piazza Navona, Ruma, l-Italja – 28 ta’ Lulju 1975. Il-banda ġiet irregalata bi stendard ta’ Ruma mis-sindku tal-belt.

1975 07 31 Piazza San Marco, Venezia

Surmast Joseph Vella – Programm di Gala – Piazza San Marco, Venezja, l-Italja – 31 ta’ Lulju 1975. Il-banda ġiet irregalata bi stendard ta’ Venezja mis-sindku tal-belt.

1977 08 Como (Surmast _anni Vella)

7) Surmast Ġanni Vella – Programm di Gala – Piazza Cavour, Como, l-Italja – 12 ta’ Awwissu 1977. Surmast Ġanni Vella – Programm di Gala – Piazza della Riforma, Lugano, l-Isvizzera – 13 ta’ Awwissu 1977.

1989 09 08 Canicattini Bagni 04

8) Surmast Joseph Vella – Sfilata – Toroq ewlenin ta’ Canicattini Bagni, Sirakuża, Sqallija, l-Italija – 8 ta’ Settembru 1989. Surmast Joseph Vella – Programm – Canicattini Bagni, Sirakuża, Sqallija, l-Italija – 9 ta’ Settembru 1989. Surmast Joseph Vella – Festival – Piazza XX Settembre, Canicattini Bagni, Sirakuża, Sqallija, l-Italja – 10 ta’ Settembru 1989. Mro Vella mexxa l-banda tal-post fl-eżekuzzjoni tal-kompożizzjoni mużikali tiegħu Jubilo, li kienet rebbħitu t-tieni premju f’dan il-festival is-sena ta’ qabel.

1992 08 _ermanja - G_oti Standard

9) Surmast Joseph Vella – Programm di Gala – Piazza America, Eupen, il-Belġju – 28 ta’ Awwissu 1992. Dik il-ġimgħa kien hemm wirja internazzjonali tal-fjuri. Surmast Joseph Vella – Sfilata kbira – Marktplatz, Adenau, il-Ġermanja – 29 ta’ Awwissu 1992. Surmast Joseph Vella – Programm fl-okkażjoni tal-elf sena mit-twaqqif tal-belt – Marktplatz, Adenau, il-Ġermanja – 30 ta’ Awwissu 1992. Il-banda ġiet irregalata bi stendard tal-belt mis-sindku ta’ Adenau.

1994 04 Kanada

10) Surmast Joseph Vella – Marċ u Purċissjoni – Toronto, il-Kanada – 22 ta’ April 1994. Il-banda għamlet marċ tul Dundas Street West flimkien mal-Malta Band. Meta l-marċ wasal ħdejn Malta Park sar it-tberik tal-istatwa ta’ San Ġorġ li kienet għadha kif ġiet irrestawrata, imbagħad tkompliet purċissjoni bl-istatwa sal-knisja ta’ St Paul’s, fejn il-konċelebrazzjoni solenni tal-festa tmexxiet mill-Arċipriet tal-Bażilika ta’ San Ġorġ, Mons. Salv Borg. Surmast Joseph Vella – Programm – Mississauga, Toronto, il-Kanada – 23 ta’ April 1994. Il-programm ittella’ waqt Dinner Dance fis-St John’s Lithuanian Hall.

1997 09 Vienna u Praga 02

11) Surmast Joseph Vella – Marċ u Programm – Vjenna, l-Awstrija – 4 ta’ Settembru 1997. Il-marċ beda minn barra l-kanċell tal-Palazz Schönbrunn u wara sar programm mużikali quddiem l-entratura prinċipali tal-palazz. Surmast Joseph Vella – Marċ u Programm – Old Town Square, Praga, ir-Repubblika Ċeka – 5 ta’ Settembru 1997. Il-marċ sar fiċ-ċentru storiku tal-belt ta’ Praga, magħruf bħala l-Golden Cross, u għadda minn Winceslas Square u kompla sejjer sa Old Town Square, fejn il-banda daqqet programm mużikali għad-dell tal-monument grottesk ta’ John Huss.

1999 El Kantaoni

12) Surmast Joseph Vella – Sfilata tal-Karnival – Sousse, it-Tuneżija – 27 ta’ Frar 1999. Ħadet sehem flimkien mal-banda l-kumpanija taż-żfin tat-Teatru Astra.

 

(Tagħrif dwar il-mawriet barra minn Malta miġbur minn Michael Said u huwa ppubblikat fil-ktieb Festi San Ġorġ 2011)