Join Us On:

News Archive

Yearly Archives: 2022

SERATA KOMMEMORATTIVA F’GĦELUQ IL-175 SENA TAL-ISTATWA TAL-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI LI NAQQAX FL-INJAM L-ISKULTUR SALVATORE PSAILA

  F’għeluq il-175 sena tal-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni li naqqax fl-injam l-Iskultur Salvatore Psaila għall-Fratellanza tagħha mwaqqfa fil-Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Minuri Konventwali f’din il-Belt Victoria, ġiet imtellgħa serata kommemorattiva fil-Knisja ta’ San Franġisk, taħt il-patroċinju tas-Sur Anton Tabone, nhar is-Sibt 3…

Continue reading

FESTA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI

Illum 27 ta’ Novembru 2022 il-Banda Ċittadina La Stella se tibda bis-sehem tagħha fil-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Belt Victoria.  Fuq stendina tal-kommunità Franġiskana il-banda tagħna se tieħu sehem fil-quddiesa tal-5pm, fejn se tkun qed jiġi mfakkar il-150 sena mill-mewt tal-iskultur Salvatore…

Continue reading

FESTA SANTA ĊEĊILJA

Il-bieraħ, 25 ta’ Novembru 2022, l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda, organizzat attività ġewwa l-gżira t’Għawdex biex tiċċelebra l-festa liturġika ta’ Santa Ċeċilja, patruna tal-mużiċisti.  L-attività ta’ din is-sena saret bil-kollaborazzjoni tal-Banda Ċittadina La Stella u l-Bażilika ta’ Ġorġ, ġewwa l-Belt Victoria.…

Continue reading

KUNĊERT MILL-ISBAĦ MILL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA

L-aħħar attività ta’ Fesitaval Mediterranea 2022 kienet tikkonsisti f’kunċert grandjuż mill-Banda Ċittadina La Stella bl-isem ta’ Sounds of Morricone, liema kunċert intlaqa tajjeb ħafna mill-udjenza numeruża li attendiet.  Il-kunċert kien taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dr John Galea u sar bis-sehem tal-kor tat-tfal…

Continue reading

CARMEN – L’AMOUR EST UN OISEAU REBELLE !

Il-bieraħ filgħaxija intemmet b’suċċess kbir l-opra ta’ Georges Bizet, Carmen, ġewwa t-Teatru Astra.  Kienu żewġ rappreżentazzjonijiet mimlijin daqs bajda mħabbra ‘Sold Out’ mill-management tat-teatru fil-jiem ta’qabel.  Il-kummenti tan-nies li attendew kienu pożittivi ħafna bl-ispettakklu li għal darba oħra it-tim tat-Teatru Astra…

Continue reading

L-E.T. DR GEORGE VELLA JŻUR IT-TEATRU ASTRA

Il-bieraħ, il-Ħamis 28 t’Ottubru, l-Eċċelenza Tiegħu Dr. George Vella, President ta’ Malta, żar it-Teatru Astra, fejn kixef lapida biex tikkommemora x-xogħolijiet ta’ rinnovar u tiġdid fil-foyer.  Il-maġġoranza ta’ dawn ix-xogħolijiet saru matul l-għeluq li sar minħabba l-pandemija u kien jinvolvi…

Continue reading

AMOR – SFILATA TA MODA ĠEWWA T-TEATRU ASTRA

  Nhar il-Ħadd li għadda, 23 t’Ottubru, ġewwa t-Teatru Astra Cultural Hub, nżammet sfilata ta’ moda ta’ livell għoli ħafna, bl’isem ta’ Amor. L-isfilata ppreżentat kollezzjoni ta’ lbiesi mpressjonanti, li taw spettaklu lil kullmin attenda għal din il-produzzjoni.  L-ilbiesi kienu…

Continue reading

KUNĊERT MILL-ISTUDENTI TAL-ISKOLA TAL-MUŻIKA TAL-BANDA TAGĦNA

Nhar il-Ħamis li għadda sar kunċert mill-alljievi tal-iskola tal-mużika tal-Banda Ċittadina La Stella, ġewwa l-Cultural Hub tat-Teatru Astra, liema kunċert kellu l-isem ta’ Showcasing Tomorrow’s Performers, bħala parti mill-attivitajiet ta’ Festival Mediterranea 2022. Matul il-kunċert l-istudenti tal-brass u dawk tal-woodwind daqqew…

Continue reading

PANTOMIME AT THE ASTRA!

FM Theatre Productions & Teatru Astra proudly present – Jack and The Beanstalk – A Rock ‘n Roll Panto at Teatru Astra this Christmas! This is not only a Panto BUT a ROCK ‘n ROLL Panto and Jack and The…

Continue reading

L-OPRA MILL-ĠDID F’GĦAWDEX

Teatru Astra miexi ġmielu fil-preparazzjonijiet biex jipproduċi l-kapulavur ta’ Bizet: Carmen, li se ssir fis-27 u fid-29 ta’ Ottubru, 2022. L-istorja ddur ma’ suldat għadu żgħir fl-eta’, Don Jose, li kellu l-intenzjoni li jiżżewweġ lil Micaela, iżda meta jiltaqa’ ma…

Continue reading

SERVIZZ IEĦOR TAL-BANDA ĠEWWA SAN LAWRENZ

Nhar il-Ħadd li ġej, il-Banda Ċittadina La Stella għandha servizz ieħor fil-festi tas-sajf. Din id-darba jmiss li nieħdu sehem fil-festa titulari tar-raħal ta’ San Lawrenz għall-festa f’ġieħ il-partrun tar-raħal San Lawrenz. Is-servizz jikkonsisti mid-daqq tal-innu l-kbir A San Lorenzo Martire fis-7.30 pm…

Continue reading

WIRJA DWAR L-ISTORJA TAL-FESTA TA’ SAN ĠORĠ

Nhar it-8 ta’Lulju infetħet wirja ġewwa t-Teatru Astra Cultural Hub dwar l-istorja tal-Festa ta’ San Ġorġ Martri fil-Belt Victoria. Il-wirja tikkonsisti f’numru ta’pannelli b’noti storiċi, diversi ritratti u kuntratti antiki. It-tema prinċipali hija dwar il-kuntratt tal-Prokuratur Mercieca mat-tlett negozjanti tal-bizzilla li kienu l-protagonisti…

Continue reading

SERVIZZ MILL-BANDA TAGĦNA ĠEWWA SANNAT

Is-servizzi tal-Banda Ċittadina La Stella jkomplu għada fis-Sannat għall-festa ta’ Santa Margerita, wara li kellna ġimgħa impenjattiva fil-festa ta’ San Ġorġ.  Għada filgħaxija il-banda tagħna se tagħmel marċ qasir minn Triq Sannat sal-pjazza ewlenija.  Imbagħad, wara li toħroġ il-purċissjoni il-banda se…

Continue reading

PRINCEPS MARTYRUM

Il-Jum tant mistenni tal-festa ta’ San Ġorġ wasal !  Nawguraw il-festa t-tajba lil Ġorġjani kollha u lil dawk li għażlu li jingħaqdu magħna f’dan il-jum ta’ ferħ.

ĦAREĠ IL-KTIEB TAL-FESTA 2022

Il-ktieb tal-festa ta’ San Ġorġ tal-2022 jista’ jinkiseb mill-Każin La Stella għal donazzjoni ta’ €3.  Il-ktieb fih ħafna materjal interessanti u informattiv dwar il-festa, l-istorja, San Ġorġ u l-kronaka tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u għalhekk inħeġġukom biex takkwistaw kopja.  Il-ktieb…

Continue reading

WASLET IL-ĠIMGĦA TAL-FESTA

Waslet il- ġimgħa tant mistennija minna l-Ġorġjani, festa li fiha ngawdu aktar mill-qrib dak kollu li jsawwar il-komunità parrokkjali tagħna, b’mod speċjali il-festa kbira li nagħmlu fil-Belt Victoria f’ġieħ il-patrun u protettur ta’ Għawdex San Ġorġ Martri. It-triqat ta’ beltna…

Continue reading

IL-BANDA TAGĦNA FIN-NADUR

Issa li l-istaġun tal-festi beda dieħel ġmielu il-Banda Ċittadina La Stella imissa tagħmel is-servizz ġewwa r-raħal tan-Nadur fejn qegħda tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Pietru u San Pawl, zewġ kolonni kbar fil-knisja universali. Is-servizz se jsir it-Tlieta, 28 ta’ Ġunju…

Continue reading

FESTA TAL-QALB TA’ ĠESU FIL-FONTANA

Il-bieraħ filgħaxija il-Banda Ċittadina La Stella kompliet bis-servizzi tagħha fil-Fontana għall-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu.  Is-servizz beda minn Triq Qalb ta’Ġesu u baqa nieżel matul Triq tal-Għajn sa fejn iz-zuntier tal-knisja.  Matul il-servizz indaqqu diversi marċi brijużi mir-repertorju tal-banda tagħna…

Continue reading

EDIZZJONI OĦRA TA’ ROCKASTRA

Nhar is-Sibt li għadda saret is-seba’ edizzjoni ta’ RockAstra, wara waqfa ta’ sentejn minħabba l-pandemija tal-Covid 19.  Il-kunċert għal darba oħra kien suċċess kbir b’attendenza sabiħa ħafna li mliet Pjazza Indipendenza ġewwa l-Belt Victoria. Għal dan il-kunċert ġew mistiedna bosta…

Continue reading

FESTA SAN PAWL FIL-MUNXAR

Wara waqfa twila mhux ħażin fil-festi tas-sajf, minħabba l-pandemija tal-Covid 19, il-Banda Ċittadina La Stella, illejla se tibda bis-servizzi tagħha fil-festa tal-Munxar f’ġieħ San Pawl.  Is-servizz tal-lejla jibda fid-9.45pm madwar it-toroq ewlenin, fejn se jindaqqu diversi marċi brijużi mir-repertorju mużikali tagħha. …

Continue reading

JUM MEMORABBLI GĦAT-TEATRU ASTRA

Il-bieraħ filgħaxija kien jum memorabbli għat-Teatru Astra li għad irid jibqa’ mmarkat fl-istorja tas-Soċjetà Filarmonika La Stella. Identity of an Island, Gozo: Art between Past and Present huwa l-isem tal-proġett li fih kien jinkorpora x-xogħolijiet ta’rinnovar tal-foyer u l-aspett artistiku, bil-ftuħ…

Continue reading

FESTA LITURĠIKA KIF JIXRAQ

Marċ tal-Festa Liturġika Wara l-ikla ta’ San Ġorġ tal-Ħamis li għadda fil-Każin La Stella, li kienet suċċess kbir wara l-waqfa minħabba l-pandemija, il-bieraħ komplew l-attivitajiet tal-Festa Liturġika. Is-Sibt filgħodu, sar marċ mill-Banda Santa Margerita ta’ Sannat, minn Pjazza San Ġorġ…

Continue reading

LA STELLA BAND IN CONCERT

Nhar is-Sibt 23 t’ April 2022, Jum il-Festa Liturġika ta’ San Ġorġ fil-11am se jsir marċ brijuż tal-festa filwaqt li aktar tard fit-8pm, se jsir kunċert mill-Banda Ċittadina u Dekana La Stella taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dr John Galea.  Il-kunċert, li…

Continue reading

IL-ĠIMGĦA MQADDSA

Din il-ġimgħa hija waħda mportanti ħafna fil-kalendarju liturġiku, fejn fiha nfakkru bl-aktar mod solenni il-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu, kif ukoll il-Qawmien mill-Imwiet nhar l-Għid il-Kbir. Illum stess fil-Bażilika ta’ San Ġorġ se ssir ċelebrazzjoni speċjali tal-Ġimgħa Mqaddsa…

Continue reading

KUNĊERT TA’ MUŻIKA SAGRA

Nhar is-Sibt li ġej fit-8pm se jsir Kunċert ta’ Mużika Sagra ġewwa l-Bażilika ta’ San Ġorġ Martri, mill-Banda Ċittadina u Dekana La Stella, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dr John Galea. Matul il-kunċert se jiġu esegwiti numru ta’ marċi funebri, kompożizzjonijiet tas-Surmast Galea u…

Continue reading