Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: April 2019

MARĊI BRIJUŻI 2019

Il-Banda Ċittadina La Stella tħabbar li c-CD tal-Marċi Brijużi għas-sena 2019 jista’ jiġi akkwistat mill-Każin La Stella għal donazzjoni ta’ €12.  Ic-CD ta’ din is-sena, jfakkar żewġ avvenimenti importanti: il-125 sena mill-miġja tal-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ, kif ukoll il-ħatra…

Continue reading

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN ĠORĠ

L-Għodwa t-tajba !  Wara t-tridu ta’ San Ġorġ, li sar matul it-tlett ijiem li għaddew minn Mons. Ġużeppi Gauci, illum qed niċċelebraw Lejlet is-Solennità.  Dalgħodu fl-10am se jsir marċ mill-Banda Ċittadina La Stella bis-sehem tal-Banda Santa Margerita ta’ Sannat, li…

Continue reading

“ILĦNA MITLUFA” FIT-TEATRU ASTRA

Ilħna Mitlufa jista’ jiġi deskritt bħala teatru mużikali msejjes fuq snin sħaħ ta’ ħsieb u riċerka kontinwa li Andrew Alamango għamel fit-tradizzjoni tal-għana. Huwa jistqarr li l-ispettaklu jippreżenta l-istorja tal-wirt ta’ tradizzjoni orali li għaddiet minn ġenerazzjoni għal oħra u…

Continue reading

WIRJA DWAR VINCENZO MARIA CREMONA FIL-KAŻIN LA STELLA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tikkomemora l-artist tal-ewwel statwa tad-Dimostrazzjoni f’ Għawdex Waqt l-attività Gozo Alive, ġewwa l-każin tal-Banda Ċittadina La Stella, fil-Belt Victoria, Għawdex, ser jkun hemm għal wiri kollezzjoni ta’ vari xogħol tal-istatwarju Vincenzo Maria Cremona (1851-1912). Din ser…

Continue reading

ĦALLIENA KARISTU GALEA

Is-Soċjetà Filarmonika La Sella tinsab imnikkta bl-aħbar tat-telfa tal-Bandist Karistu Galea. Karistu Galea kien bandist eżemplari, ħabib ta’ kulħadd u ġentlom. Il-funeral se jsir nhar it-Tlieta 23 t’ April 2019.  Il-quddiesa tibda fil-5pm fil-Bażilika ta’ San Ġorġ.  Il-Banda Ċittadina La…

Continue reading

SUĊĊESS FIL-KUNĊERT TA’ MUŻIKA SAGRA

Il-bieraħ filgħaxija inżamm b’suċċess il-kunċert b’mużika sagra mill-Banda Ċittadina La Stella ġewwa l-Bażilika ta’ San Ġorġ.  Għal dan il-kunċert attendew il-Ministru għal Għawdex Dr Justyne Caruana, l-President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, s-Sur Michael Formosa, s-Segretarju s-Sur Matthew Zammit, id-Direttur Mużikali…

Continue reading