Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: July 2017

FESTA TA’ SAN LAWRENZ

Illejla l-Banda Ċittadina La Stella se tagħmel l-aħħar servizz fil-festi tas-sajf tal-2017.  Is-servizz jikkonsisti f’marċ minn Triq il-Ġebla tal-Ġeneral u daqq tal-Innu l-Kbir u programm fil-pjazza ewlenija tar-raħal.  Il-banda se tkun taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella. Minn din il-paġna nixtiequ…

Continue reading

SERVIZZ FIL-FESTA TA’ SANTA MARGERITA

Nhar il-Ħadd li għadda l-Banda Ċittadina La Stella għamlet servizz importanti fil-festa ta’ Santa Margerita tar-raħal ta’ Sannat.  Is-servizz kien jikkonsisti f’marċ mat-toroq ewlenin u programm fil-pjazza tar-raħal.  Matul il-marċ il-Banda Ċittadina La Stella daqqet numru ta’ marċi mis-sett il-ġdid…

Continue reading

FESTA KOMPLUTA !

Il-bieraħ ġew fi tmiemhom il-festi ta’ San Ġorġ Martri tal-Belt Victoria, festa li nistgħu ngħidu hija festa ta’ mużika, festa ta’ briju, festa ta’ nar, festa ta’ talb lil San Ġorġ, festa solenni, festa ta’ ħbiberija bejn diversi nies minn…

Continue reading

IL-FESTA T’TAJBA !

L-festa t’tajba lill-Ġorġjani kollha u lil dawk li ġew jifirħu magħna minn bliet u rħula oħra f’dan il-jum.  Lilkom nagħtukom merħba fil-belt Għawdxija. “Għal dejjem, o San Ġorġ, int tibqa’ tagħna l-ġieħ – f’kull żmien, int u int biss dal-ġens…

Continue reading

IT-TIENI JUM TAT-TRIDU: PJAZZA OĦRA IPPAKKJATA

Il-bieraħ filgħaxija, għat-tielet jum konsekuttiv, il-poplu ġorġjan ippakkja pjazza oħra ! Wara li t-Tlieta il-folla ħonqot pjazza San Franġisk, u l-Erbgħa pjazza San Ġorġ, il-bieraħ kien imiss Pjazza Savina, waqt id-dimostrazzjoni popolari tal-Ħamis, it-tieni jum tat-tridu, bl-istatwa ta’ San Ġorġ…

Continue reading

SPETTAKLU MILL-AKBAR !

Il-bieraħ filgħaxija Pjazza San Ġorġ laqgħet fiha folla li ġeneralment narawha għal ħruġ u d-dħul ta’ San Ġorġ nhar il-festa. Il-marċ tradizzjonali tal-Erbgħa telaq minn Triq Għajn Qatet fejn fi Pjazza San Ġorġ bdiet id-dimostrazzjoni b’ San Ġorġ taż-Żiemel (1987),…

Continue reading

L-EWWEL JUM TAT-TRIDU

Hekk kif dħalna fil-qalba tal-festa illejla nibdew it-Tridu Solenni.  Din is-sena il-priedka se ssir minn Patri Joe Buttigieg, Gwardjan tal-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini tal-Belt Victoria. Il-kant solenni tal-Għasar jibda fis-6.30pm.  Inħeġġu lil kulħadd biex jattendi għall-funzjonijiet sbieħ tal-knisja ħalli verament niċċelebraw…

Continue reading

DAN HUWA ‘BISS’ TMIEM IN-NOVENA !

Dan mhux il-ħruġ minn niċċa, jew ħruġ il-purċissjoni imma “biss” tmiem in-novena !  Qed ngħidu dan għax il-preżenza tagħkom il-bieraħ filgħaxija fil-Bażilika Ġorġjana kienet xhieda ta’ kemm inħobbu lil San Ġorġ, mhux biss f’dak li huwa estern imma fl-intern profond,…

Continue reading