Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: June 2017

BIDU TAN-NOVENA…WASLET IL-FESTA !

Nhar is-Sibt li ġej tibda n-novena għall-familja kollha ġewwa l-parroċċa tagħna.  Kif saħaq tajjeb l-arċipriet Mons Joseph Curmi waqt il-quddies tal-Ħadd li għadda, n-novena hija importanti ħafna għax biha nitħejju spiritwalment biex niċċelebraw bil-kbir il-patrun tagħna San Ġorġ.  Għalhekk ninkoraġġixxu…

Continue reading

IL-FESTA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL

L-aħħar servizz ta’ qabel il-festa ta’ San Ġorġ hu dak ta’ għada l-Erbgha, 28 ta’ Gunju 2017, ġewwa n-Nadur. Il-Banda Ċittadina La Stella, ġiet mistiedna tagħmel il-marċ ta’ lejliet l-festa flimkien mal-Banda Mnarja tan-Nadur.  Il-marċ se jibda fid-9.30pm minn quddiem…

Continue reading

IL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA FIL-FESTA TAL-FONTANA

Illum hija l-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu ġewwa l-Fontana.  Bħalma ilu jsir għal diversi snin il-Banda Ċittadina La Stella għamlet servizz il-bieraħ u għandha ieħor illum. Il-bieraħ bdiet b’marċ minn Triq ta’ Mulejja u kompliet mat-toroq ewlenin għall-marċ tradizzjonali ta’…

Continue reading

TISPIĊĊA L-EWWEL SENA AKKADEMIKA TAL-ASMT

Il-bieraħ ġiet fi tmiemha l-ewwel sena akkademika tal-Astra School of Musical Theatre. Għall-aħħar lezzjoni tal-bieraħ kienu mistiedna l-ġenituri tat-tfal fejn assistew għal dak li kienu qed jitgħallmu t-tfal matul is-sena.  Grazzi lilkom il-ġenituri li fdajtu lil uliedkom fl-iskola tagħna u…

Continue reading