Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: June 2016

STQARRIJA TAS-SOĊJETA’ FILARMONIKA LA STELLA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tal-Belt Victoria, li hi responsabbli għall-festi esterni ta’ San Ġorġ Martri skedati għal matul it-tielet ġimgħa ta’ Lulju, b’ dispjaċir qed ikollha tinforma lill-pubbliku li għall-festa li ġejja, l-armar ta’ Pjazzza Indipendenza, waħda mill-pjazez ewlenin fil-Belt…

Continue reading

FESTA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL

Il-bieraħ filgħaxija il-Banda Ċittadina La Stella ħadet sehem fil-festa tan-Nadur f’gieħ San Pietru u San Pawl.  Bħalma ġara fl-aħħar snin aħna ġejn mistiedna biex ningħaqdu mal-Banda Mnarja għall-marċ popolari ta’ lejlet il-festa.  Il-Banda tagħna telqet minn quddiem il-każin tal-banda Mnarja…

Continue reading

SAN ĠWANN BATTISTA

Illejla l-Banda Ċittadina La Stella ipparteċipat fil-festa titulari tax-Xewkija għad unur San Ġwann L-Għammiedi.  Is-servizz kien jikkonsisti f’marċ qasir sal-pjazza ewlenija u wara programm fuq il-planċier fejn il-banda tagħna daqqet numru ta’ biċċiet mużikali mir-repertorju tagħha.  Il-Banda kienet taħt id-direzzjoni…

Continue reading

CD BIL-MARĊI BRIJUŻI ĠDID

Minn hawn u ftit tal-jiem oħra wieħed se jkun jista’ jakkwista CD ġdid bil-marċi brijużi tal-Banda Ċittadina La Stella. Dan huwa t-tieni CD li rrekordja għal din is-sena wara dak tal-Ġimgħa l-Kbira li ħareġ fi Frar li għadda.  Ic-CD ta’…

Continue reading

SERVIZZ FIL-FONTANA

Il-festa tal-Qalb ta’ Ġesu fil-Fontana ġġib magħha żewġ servizzi għall-Banda Ċittadina La Stella.  Wieħed minnhom sar il-bieraħ filgħaxija permezz ta’ marċ li telaq minn Triq ta’ Mulejja.  Matul il-marċ il-Banda Ċittadina La Stella daqqet numru ta’ marċijiet brijużi mir-repertorju mużikali…

Continue reading

RELIKWA TA’ SAN ĠORĠ MILL-ĠDID F’GĦAWDEX

Bi pjaċir kbir inħabbru li l-ġimgħa d-dieħla se jkollna l-grazzja li nilqgħu fil-Parroċċa tagħna r-Relikwa Insinji tad-Driegħ ta’ San Ġorġ li tinsab meqjuma fil-Katidral ta’ Ferrara, l-Italja. Dan se jsir b’kortesija tal-Parroċċa Ġorġjana ta’ Ħal Qormi li dis-sena, biex tfakkar…

Continue reading

ROCKASTRA … SUĊĊESS FENOMENALI !

Ir-raba’ edizzjoni ta’ RockAstra kienet suċċess bla ebda riservi.  Kif jgħidu, il-jum minn filgħodu jurik u hekk ġara l-bieraħ meta waqt is-sound check tal-mużiċisti u l-kantanti li sar xi siegħa u nofs qabel beda l-kunċert, kien diġa hemm numru ta’…

Continue reading

L-AĦĦAR PREPARAMENTI GĦAL ROCKASTRA‏

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella bħalissa għaddejja bit-tħejjijiet finali tagħha għall-kunċert grandjuż RockAstra li issa wasal fir-raba’ edizzjoni.  Il-kunċert se jsir nhar it-Tnejn 6 ta’ Ġunju 2016 fid-9pm fi Triq ir-Repubblika l-Belt Victoria.  Id-dħul għall-kunċert se jkun b’xejn u s-seating fuq…

Continue reading