Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: December 2015

PRANZU TAL-EWWEL TAS-SENA

  Nhar il-Ħadd 3 ta’ Jannar f’nofsinhar is-Soċjetà Filarmonika La Stella se torganizza pranzu tal-Ewwel tas-Sena fil-Cornucopia Hotel, ix-Xagħra, Għawdex.  Il-pranzu se jkun fuq bażi buffet u jinkludi wkoll ix-xorb.  Dawk li jixtiequ jattendu jistgħu jċemplu fuq 79050691 jew 79021033…

Continue reading

ATTIVITAJIET TAL-MILIED

In-Novena tal-Milied Illum tibda n-Novena tal-Milied li fil-parroċċa tagħna se tkun fis-6.00pm. Aħna nħeġġu t-tfal u l-adolexxenti tagħna, imma wkoll lill-familji kollha, biex jattendu bi ħġarhom għal dan l-appuntament importanti u b’hekk inkunu qed nitħejjew tajjeb u bis-sens għall-festa qaddisa…

Continue reading

MONS ISQOF MARIO GRECH IŻUR TEATRU ASTRA

Bħala parti mill-viżta pastorali li qegħda ssir bħalissa fil-parroċċa tagħna, Mons Mario Grech, Isqof Djoċesan u Dekan tal-Kolleġġjata Ġorġjana, il-bieraħ filgħaxija żar it-Teatru Astra u l-kumpless tal-każin. Monsinjur Grech ġie milqugħ minn membri tal-kumitat u diversi partitarji attivi fil-ħajja tal-każin.…

Continue reading

KUNCERT MILL-KOR PICCOLE STELLE

Wara l-partecipazzjoni tal-bieraħ tal-kor Piccole Stelle waqt il-mixgħela tad-dwal ta’ Pjazza Indipendenza u Triq ir-Repubblika (ara ritratti) issa jmiss kunċert nhar il-Milied fi Pjazza San Ġorġ fit-8pm.  Din is-sena l-kunċert se jkun “In Aid of Ethiopia” u se jkun taħt id-direzzjoni…

Continue reading

L-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI – KTIEB ĠDID TA’ ANTHONY FARRUGIA

Nhar it-23 ta’ Ottubru 1836, salt fratelli tal-Immakulata Kunċizzjoni, mhux aktar minn tletin, iltaqgħu f’konsulta, fl-oratorju tal-Fratellanza tagħhom, fil-kunvent ta’ San Franġisk tar-Rabat, Għawdex, sabiex jiddeċiedu jekk kellhomx jordnaw statwa ġdida tal-Immakulata Kunċizzjoni jew inkella jibqgħux b’dik li diġà kellhom.  L-istatwa li sa dakinhar kienu jdawru waqt il-purċissjoni tagħhom tal-Immakulata, kienet qdiethom tajjeb għal…

Continue reading

L-IMMAKULATA KUNCIZZJONI

Reġgħa wasal il-jum fejn nawguraw il-festa t-tajba lill-ulied kollha ta’ Marija Immakulata, f’Għawdex u f’Bormla, u lill-Ġorġjani, f’dawn il-jiem ta’ festa tas-solennità ta’ Marija Immakulata. Dan huwa jum verament speċjali għalina l-Ġorġjani li nqisu din il-festa bħala l-festa tagħna wkoll.…

Continue reading