Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: December 2014

‘LORD OF THE FLIES’ FIT-TEATRU ASTRA

B’kollaborazzjoni mal-amministrazzjoni tat-Teatru Astra, il-Gozo Creative Theatre Club ser itella’ The Lord of the Flies mill-awtur u poeta Sir William Golding. Din il-preżentazzjoni ser tiġi mtella’ għeluq is-sittin sena mill-pubblikazzjoni ta’ din in-novella miktuba mill-awtur li rebaħ il-premju Nobel fil-letteratura.…

Continue reading

IX-XENARJU TA’ NABUCCO TAT-TEATRU ASTRA JMUR L-ITALJA

It-Teatru Astra bi pjaċir kbir jħabbar li għal darba oħra qed jimmarka primat ieħor fl-isfera tal-opra lirika f’pajjiżna, permezz ta’ ko-operazzjoni ambizzjuża ġdida fuq livell internazzjonali, probabbilment, l-ewwel waħda tax-xorta tagħha fil-gżejjer Maltin. Wara s-suċċess tal-opra Nabucco fit-23 u l-25…

Continue reading

IL-MILIED U S-SENA T-TAJBA

Il-Kumitat tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u t-Teatru Astra jwasslulek l-isbaħ xewqat f’Jum il-Milied u jawguraw sena oħra ta’ successi. The Committee of The La Stella Philharmonic Society and Teatru Astra extend the wishes for a happy Christmas and another successful year.

MILIED IMPENJATTIV GĦALL-KOR PICCOLE STELLE

Il-Kor tat-Tfal tat-Teatru Astra Piccole Stelle bħalissa għaddej minn ħafna preparamenti konnessi mal-attivitajiet tal-Milied.  Fost l-impenji skedati, il-kor ser ikanta llum 14 ta’ Diċembru fil-11am fi Pjazza San Ġorġ waqt il-Christmas Market.  Imbagħad nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Diċembru l-istess kor…

Continue reading

‘EPIC’ FIT-TEATRU ASTRA

Nhar is-Sibt li ġej fit-Teatru Astra se jinżamm spettaklu ieħor ta żfin mill-iskola tal-mużika The Power House, immexxija minn Melanie Zammit.  L-iskola The Power House hija bbażata fil-Belt Victoria u toffri tagħlim f’diversi dixxiplini artistiċi, b’mod speċjali ż-żfin.  Minn din…

Continue reading

L-MALTEMP IFIXKEL L-FESTI ESTERNI TAL-KUNĊIZZJONI

Fil-jum tal-bieraħ 8 ta’ Diċembru il-Knisja Universali ċċelebrat l-Immakulata Kunċizzjoni.  Fil-Belt Victoria, l-Kommunità Franġiskana organizzat festi interni mill-isbaħ fejn matul il-ġurnata l-knisja kienet ippakkjata speċjalment matul quddies imħejji matul il-jum. Sfortuntament pero, it-temp fixkel il-festi esterni. Minbarra li l-Ħadd tħassret…

Continue reading

L-FESTA T-TAJBA !

Il-festa t-tajba lill-ulied kollha ta’ Marija Immakulata, f’Għawdex u f’Bormla, u lill-Ġorġjani, f’dan il-jum glorjuż tas-solennità ta’ Marija Immakulata. Dan huwa jum verament speċjali għalina l-Ġorġjani li nqisu din il-festa bħala l-festa tagħna wkoll. Ir-rabta bejn l-Immakulata Kunċizzjoni u l-Banda…

Continue reading