Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: August 2014

PREPARAMENTI GĦALL-OPRA NABUCCO

Bħalissa t-Teatru Astra għaddej bil-preparamenti tiegħu għall-opra Nabucco ta’ Giuseppe Verdi li se ssir, nhar il-Ħamis 23 u s-Sibt 25 ta’ Ottubru 2014.  Bħalma wieħed jista’ jimmaġina biċċa xogħol bħal din tirrekjedi impenn kbir mill-management tat-Teatru u l-ħafna voluntiera li…

Continue reading

JITĦABBAR IL-KAST TAN-NABUCCO TAT-TEATRU ASTRA

It-Teatru Astra bi pjaċir iħabbar il-kast għaż-żewġ rappreżentazzjonijiet tal-opra Nabucco ta’ Giuseppe Verdi, nhar il-Ħamis 23 u s-Sibt 25 ta’ Ottubru 2014. Eżattament għoxrin sena wara li din l-opra ttellgħet fl-istess teatru, kast formidabbli u ta’ ħila se jkun qed…

Continue reading

XBIEHA ĠDIDA TA’ SAN ĠORĠ

    Din is-sena fil-festa f’ġieħ il-Martri San Lawrenz ġiet imżanżna bandolara mill-isbaħ b’pittura tal-artist Għawdxi Joseph Cauchi, membru  ta’ l-Għaqda tal-Armar u xenografu principali tat-Teatru Astra.  Il-bandalora tirrapreżenta lil San Ġorġ biż-żiemel warjaħ u hija l-ewwel waħda minn fost…

Continue reading

ĠITA MALTA LEJLET IL-VITORJA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella qed torganizza ġita għal Malta nhar il-Ħadd 7 ta’ Settembru, lejlet il-Vitorja li din is-sena se taħbat it-Tnejn.  Nitilqu mal-vapur tas-7.30am u niġu lura ma dak tas-7.30pm.  Fost il-postijiet li se nżuru hemm is-Santwarju tal-Mellieħa, u…

Continue reading

ROCKASTRA FUQ TVM2

Il-bieraħ filgħaxija l-Banda Ċittadina La Stella kienet protagonista fuq TMV2 fejn ntwera l-filmat tal-kunċert Rockastra li sar f’Ġunju li għadda.  L-okkażjoni serviet ukoll biex il-filmat jintwera fuq il-Big Screen il-ġdid tat-Teatru fil-Foyer tal-Każin filwaqt li sar BBQ fund-raising u li…

Continue reading

IL-FESTA TA’ SAN LAWRENZ

Nhar il-Ħadd li ġej il-Banda Ċittadina u Dekana La Stella se tieħu sehem fil-festa ta’ San Lawrenz, appuntu fir-raħal ta’ San Lawrenz Għawdex.  Is-servizz jikkonsisti f’marċ fis-7pm sal-pjazza tar-raħal fejn il-Banda teżegwixxi l-innu f’ġieħ San Lawrenz.  Dritt wara hekk kif…

Continue reading

SEHEM F’SAN ĠUŻEPP TAL-QALA

Illejla l-Banda Ċittadina La Stella se tieħu sehem fil-festa ta’ San Ġużepp fil-Qala.  Is-servizz tagħna jikkonsisti f’marċ sal-pjazza quddiem il-knisja parrokkjali u wara nagħmlu programm mużikali fejn se jindaqqu biċċiet mir-repertorju mużikali tal-Banda tagħna.  Minn din il-paġna nixtiequ nawguraw l-festa…

Continue reading

BBQ FIL-KAŻIN LA STELLA

Nhar il-Ħamis 7 t’ Awwissu 2014 fil-Każin La Stella se jsir BBQ filwaqt li naraw filmat fuq Big Screen tat-tieni edizzjoni ta’RockAstra.  Il-BBQ jibda fit-8pm u l-prezz huwa ta’ €15.  Inħeġġukom tattendu għal din is-serata fejn minbarra li niddevertu flimkien…

Continue reading