Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: May 2014

VICTORIA GEARS UP FOR ROCKASTRA

The La Stella Philharmonic Society has proudly announced the second edition of RockAstra, an open-air concert featuring the La Stella Band under the direction of Mro Sigmund Mifsud, that will take place in Republic Street, Victoria, on Friday 6 June…

Continue reading

IT-TIENI EDIZZJONI TA’ ROCKASTRA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella ħabbret it-tieni edizzjoni ta’ RockAstra, spettaklu mużikali mill-banda La Stella li ser jinżamm nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Ġunju 2014, fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Victoria, Għawdex. Dan ġie mħabbar f’konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret fil-kumpless Il-Maxtura, Għawdex,…

Continue reading

SERVIZZ FIL-MUNXAR

Illum jibdew is-servizzi fil-festi tas-sajf.  Bħalma jaf kulħadd il-Banda tagħna hija waħda mill-aktar impenjata matul il-festi u l-festa ta’ San Pawl fil-Munxar se tkun qed tiftaħ is-servizzi tagħna għal dan is-sajf.  Ir-rabta magħna mar-raħal ċkejken tal-Munxar tmur lura fis-snin u…

Continue reading

PICCOLE STELLE FIL-FESTIVAL MARJAN

Minn din il-paġna nixtiequ nawguraw lill-Kor tat-Tfal tat-Teatru Astra Piccole Stelle peress li għada se jieħu sehem fil-Festival Marjan bil-kanzunetta Stella Matutina.  Is-silta għandha l-lirka tal-Kan. Joe Meilak filwaqt li l-mużika hija kompożizzjoni ta’ Mariella Spiteri Cefai.  Nawguraw lit-tfal tagħna…

Continue reading

IT-TIENI EDIZZJONI TA’ ROCKASTRA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella għandha l-pjaċir tħabbar it-tieni edizzjoni ta’ ROCKASTRA, spettaklu mużikali mill-Banda La Stella flimkien ma’ għadd ta’ kantanti stabbiliti, taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Sigmund Mifsud.  Is-Surmast Mifsud, li lejn tmiem l-2013 ġie maħtur bħala Assistent Surmast Direttur…

Continue reading

AKTAR TĦEJJIJIET GĦAL GĦAŻIŻA OMMI

Matul din il-ġimgħa qed jilħqu l-qofol tagħhom l-aħħar tħejjijiet għall-ispettaklu Għażiża Ommi li ser jittella’ fit-Teatru Astra nhar is-Sibt li ġej, fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm.  Infatti, ta’ kuljum – u kważi f’kull ħin tal-ġurnata –  it-Teatru Astra jinsab trasformat f’ċentru…

Continue reading

VICTORIA VICTORIOUS … VIAF 2014

Ftit tal-jiem ilu ġie mħabbar il-programm uffiċjali tal-Victoria International Arts Festival li issa wasal fis-17 –il edizzjoni  tiegħu.  Il-festival se jiftaħ nhar il-Erbgħa 11 ta’ Ġunju b’ kunċert mill-aqwa bis-sehem tal-Orkestra Nazzjonali u tal-vjolinista ta’ fama mondjali Dejan Bogdanovich.  Il-kunċert…

Continue reading

IMPENN IMPORTANTI GĦAS-SURMAST DIRETTUR

Is-Surmast Direttur tal-Banda Ċittadina La Stella, il-Prof Joseph Vella, għadu kif ġie lura minn impenn importanti barra minn Malta sewwasew f’ St Dizier ġo Franza.  Is-Surmast Vella kien composer in residence matul il-festival Les Printemps de la Musique, li dam…

Continue reading

JUM IL-FESTA ANNIVERSARJA

Illum il-Ħadd 4 ta’ Mejju 2014, Jum il -Festa Anniversarja għandna l-ħruġ u l-purċissjoni ta’ San Ġorġ. Fit-8.45am jasal l-E.T. Mons. Aldo Cavalli, Nunzju Appostoliku għal Malta, fil-Bażilika. Fid-9,00am tibda l-Kon ċelebra zzjoni Ponti fikali ppresed uta mill -E.T. Mons …

Continue reading

ĠIMGĦA MPENJATTIVA GĦALL-BANDA LA STELLA

Din il-ġimgħa ċertament kienet waħda impenjattiva għall-Banda Ċittadina La Stella.  Nhar il-Ħadd li għadda l-banda pparteċipat fil-Velja Solenni tal-Martirju ta’ San Ġorġ, fi Pjazza Indipendenza.  Il-Banda laqgħet il-Patrun ta’Għawdex waqt il-ħruġ bid-daqq ta’ diversi innijiet u wara akkumpanjat l-istatwa sa…

Continue reading

GĦAŻIŻA OMMI FIT-TEATRU ASTRA

Spettaklu teatrali b’tema Marjana f’Jum l-Omm Is-Soċjetà Filarmonika La Stella, tal-belt Victoria, Għawdex, ser ittella’ spettaklu teatrali mill-isbaħ fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, nhar is-Sibt 10 ta’ Mejju 2014 fit-8.00pm, fit-Teatru Astra.  Dan l-ispettaklu ta’ mużika, kant, drama u żfin ser…

Continue reading

SUĊĊESS FIL-KUNĊERT TAL-ALLJIEVI

Il-bieraħ fil-Każin La Stella sar il-kunċert tal-Alljievi kif ukoll il-gradwazzjoni tagħhom. Is-serata bdiet fit-8pm fejn il-President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, is-Sur Paul M Cassar indirizza l-udjenza b’messaġġ qasir.  Dritt wara bdew jindaqqu diversi biċċiet b’taħlita ta’ dwetti, solos, kif ukoll…

Continue reading