Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: December 2013

BIĊĊA XOGĦOL ĠDIDA TAS-SURMAST PROF. JOSEPH VELLA

Dan l-aħħar is-Surmast Direttur tal-Banda Ċittadina La Stella, l-Prof. Joseph Vella, ġie kkumissjonat jikteb quddiesa minn Mro Carmel Grech.  Il-quddiesa, ntitolata Missa Romani Pontefici Benedicti XVI ġiet kompluta f’April li għadda.  Il-quddiesa tinkludi fiha kantanti solisti, kor kif ukoll l-orkestra. …

Continue reading

AWGURI U STEDINA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tixtieq twassallek l-isbaħ xewqat f’Jum il-Milied u s-Sena l-Ġdida. Il-kumitat tas-Soċjetà jixtieq jistiednek ukoll għall-Istrina 2013 – l-Għada tal-Milied, fit-Teatru Astra, mit-3pm ‘l quddiem fejn se jkun hemm spettaklu mill-aqwa fost ħafna attivitajiet oħra u bis-sehem…

Continue reading

L-ISTRINA – L-GĦADA TAL-MILIED FIT-TEATRU ASTRA

Din is-sena l-ispettaklu l-Istrina – l-għada tal-Milied f’Għawdex se jsir fit-Teatru Astra. Il-Kumitat tas-Socjeta Filarmonika La Stella, l-Malta Commjnit Chest Fund u l-Uffiċċju tal-President ta’ Malta  ilu jaħdem fuq l-organizzazzjoni tax-show li se jinkludi s-sehem speċjali tal-kantanta popolari Ira Losco…

Continue reading

PRESEPJI FI ŻMIEN IL-MILIED U N-NOVENA

Fost l-attrazzjonijiet prinċipali f’dan iż-żmien tas-sena nsibu il-presepji fid-djar tagħna kif ukoll f’bosta postijiet pubbliċi.  Din is-sena s-Soċjetà Filarmonika La Stella hija involuta fil-kostruzzjoni ta’ żewġ presepji sbieħ.  Wieħed minnhom jinsab fis-sala t’isfel ta’ “Dar Leħen il-Belt Victoria” ġo Pjazza…

Continue reading

ĊIRKOLARI LILL-PARTITARJI TAL-ISTILLA U L-ĠORĠJANI

Għeżież Partitarji Tal-Istilla u Ġorġjani, Kalendarju ghall-2014 Hekk kif qed noqorbu lejn it-tmiem ta’ sena oħra, is-Soċjetà Filarmonika La Stella għadha kemm ippubblikat il-kalendarju tagħha għas-sena 2014, b’ġabra sabiħa ta’ ritratti bil-kulur ta’ wħud mill-ġrajjiet l-aktar sinifikattivi u importanti għaliha…

Continue reading

SERVIZZ FIL-FESTA TAL-KUNĊIZZJONI

It-temp sabiħ li kellna fi tmiem il-ġimgħa ppermetta li l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni tirnexxi f’kollox, kemm f’dak kollu li sar fil-festi esterni kif ukoll f’dawk interni.  Din is-sena ġie wkoll imfakkar it-350 sena mill-erezzjoni tal-Fratellanza tal-Kunċizzjoni, liema festi bdew fl-24 ta’…

Continue reading

IL-FESTA T’TAJBA !

Il-festa t-tajba lill-ulied kollha ta’ Marija Immakulata, f’Għawdex u f’Bormla, u lill-Ġorġjani, f’dan il-jum glorjuż tas-solennità ta’ Marija Immakulata. Dan huwa jum verament speċjali għalina l-Ġorġjani li nqisu din il-festa bħala l-festa tagħna lkoll. Ir-rabta bejn l-Immakulata Kunċizzjoni u l-Banda…

Continue reading

L-ISTRINA 2013 FIT-TEATRU ASTRA

Din is-sena l-ispettaklu l-Istrina – l-għada tal-Milied f’Għawdex se jsir fit-Teatru Astra.  Il-kumitat inkarigat ġa ilu jaħdem fuq l-organizzazzjoni tax-show li se jinkludi s-sehem speċjali tal-kantanta popolari Ira Losco,  flimkien mal-Banda Ċittadina La Stella.  Għal din l-okkażjoni l-banda se tkun…

Continue reading

IL-PRANZU TAL-MILIED TAS-SOĊJETÀ LA STELLA

Is-Sotto-Kumitat Festi Esterni, fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella, se jkun qed jorganiżża Il-Pranzu tal-Milied, nhar il-Ħadd, 15 ta’ Diċembru, fin-12:30, fil-foyer tal-każin tal-banda La Stella. Inħeġġukom sabiex tilqgħu din l-istedina u tirrispondu għal din is-sejħa bil-parteċipazzjoni u l-kollaborazzjoni tagħkom. …

Continue reading