Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: August 2012

FESTIVAL MEDITERRANEA 2012

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella f’dawn il-ġranet tinsab iffukata għal darba oħra għall–avveniment importanti ieħor fil-kalendarju tal-ħidma tagħha,l-organizzazzjoni ta’ Festival Mediterranea, din is-sena il-ħdax il-edizzjoni li ser issir bejn il-25 ta’ Ottubru u 17 ta’ Novembru 2012. Dan il-festival huwa mportanti ħafna mhux biss fil-kalendarju kulturali…

Continue reading

IL-BANDA LA STELLA F’GĦAJNSIELEM

Il-bieraħ il-Banda Ċittadina La Stella għamlet l-aħħar servizz fil-festi f’dan l-istaġun. Dan l-aħħar impenn kien fir-raħal pittoresk t’Għajnsielem għall-festa tal-Madonna ta’ Loretu u kien jikkonsisti f’marċ li beda minn Triq il-Ġnien u spiċċa fil-misraħ tal-Knisja fejn il-Banda tagħna, għal darba oħra…

Continue reading

JUM TA’ LUTTU NAZZJONALI

F’dan il-jum ta’ luttu nazzjonali is-Soċjetà Filarmonika La Stella ssellem il-memorja tal-Perit Duminku Mintoff, personaġġ importanti fl-istorja politika riċenti ta’ pajjizna. Il-Perit Mintoff serva fost l-oħrajn għal ħafna snin bħala Prim Ministru ta’ Malta.   Is-Soċjetà La Stella tingħaqad mal-istat…

Continue reading

IL-BANDA LA STELLA FIL-FESTA TAL-ASSUNTA

Nhar is-Sibt 18 ta’ Awwissu, il-banda ċittadina tellgħet programm mużikali ieħor fil-pjazza ewlenija tar-raħal taż-Żebbuġ, lejlet il-festa ta’ Santa Marija. Dan l-impenn ġie dritt wara li fi tmiem il-ġimgħa l-oħra kellna żewġ servizzi fir-raħal ta’ San Lawrenz. Il-banda esegwiet programm…

Continue reading

IL-BANDA LA STELLA ĠEWWA SAN LAWRENZ

Il-Banda La Stella kompliet bl-impenji tagħha fil-festi t’Għawdex b’żewġ servizzi fi tmiem il-ġimgħa fir-raħal ta’ San Lawrenz, raħal marbut mill-qrib mas-Soċjetà tagħna fejn ilha għal diversi snin tipparteċipa f’ din il-festa sabiħa. L-ewwel parteċipazzjoni kienet tikkonsisti f’marċ brijuż lejlet il-festa…

Continue reading

XAHAR ILU KONNA FIL-FESTA …

Madwar xahar ilu konna fl-eqqel tal-festa tal-Patrun t’Għawdex, San Ġorġ Martri.  Għal benefiċċju tal-viżitaturi ta’ dan is-sit qegħdin intellgħu xi ritratti tal-avvenimenti prinċipali li kellna matul is-sitt (6) ijem ta’ festi esterni. Ir-ritratti, anke jekk mingħajr kumment, probabbilment huma biżżejjed biex…

Continue reading

IL-BANDA LA STELLA ĠEWWA L-QALA

Is-Sibt li għadda immarka appuntament ieħor fl-istaġun intesiv tal-Banda La Stella, servizz ġewwa r-raħal tal-Qala.  Il-Qala huwa raħal ieħor li miegħu s-Soċjetà Filarmonika La Stella għandha rabtiet tajbin u antiki.  Bħalma huma l-maġġoranza tas-servizzi l-oħra, l-aħħar impenn tal-Banda La Stella…

Continue reading