Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: January 2012

IL-KUMITAT ĠENERALI L-ĠDID

Il-Kumissjoni Elettorali li nħatret fil-laqgħa ġenerali tal-Ħadd li għadda ħabbret ir-riżultat tal-elezzjoni għall-Kumitat Ġenerali u dik ta’ President tas-Soċjetà La Stella li kif irrsolviet il-Laqgha Ġenerali li saret illum 29 ta’ Jannar ta’ l-2012.       Il-Kanditati kollha li kkontestaw biex ikunu…

Continue reading

DESK DIARY 2012

Bħalma ġara fis-snin li għaddew is-Soċjetà Filarmonika La Stella ippubblikat Desk Diary interessanti b’ħafna informazzjoni utli għal kull min jagħmel użu minnu. Minbarra xi noti qosra dwar is-Soċjetà u dak kollu li huwa marbut magħha, d-djarju jinkludi notamenti fid-dati li jinteressaw…

Continue reading

SKEMA TA’ TISĦIB FL-GĦAQDA TAL-ARMAR

L-Għaqda tal-Armar tal-festa ta’ San Ġorġ fi ħdan is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella għadha kemm nediet skema ta’ tisħib għal din is-sena permezz ta’ ktejjeb sabiħ u attraenti li tqassam mal-bulettin tal-Milied tal-parroċċa ta’ San Ġorġ. Din l-iskema hija maħsuba sabiex tkun…

Continue reading

LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI

Nhar is-Sibt 21 ta’ Jannar se ssir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà Filarmonika La Stella li fiha jingħata rendikont ta’ sena sħiħa ta’ xogħol ta’ kull fergħa fi ħdan l-istess Soċjeta’.  Din il-laqgħa jattendu għaliha l-bandisti u l-membri tal-kumitat. Il-laqgħa t…

Continue reading

L-AĦĦAR TISLIMA LIL MICHELANGELO FORMOSA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella, l-bieraħ ħadet sehem fil-funeral ta’ Michelangelo Formosa, li miet nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Jannar 2012 fl-għomor ta’ 98 sena. Il-Corteo beda’ minn Triq ir-Repubblika fit-3.30 pm u fl-4.00 pm saret quddiesa fil-Bażilika ta’ San Ġorġ.  Il-quddiesa kienet…

Continue reading

FUNERAL TA’ MICHELANGELO FORMOSA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tinsab f’luttu wara li l-bierah tħabbret il-mewt ta’ wieħed mill-aktar eks-bandisti eminenti tagħha, Michelangelo jew kif jafu kulħadd Kalanġ Formosa. Kalanġ Formosa – bandist tal-banda La Stella – daqq għal għexieren ta’ snin kbar u temm…

Continue reading

NIFIRĦU MA’ MONSINJUR GUZEPP GAUCI

  Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tifraħ lil Mons. Ġużepp Gauci, saċerdot Ġorġjan membru tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri għall-ħatra tiegħu bħala Monsinjur Onorarju tal-Kapitlu tal-Katidral tad-Djoċesi. Mons. Gauci twieled Għawdex fl-24 ta’ Ottubru 1941 u ġie ordnat saċerdot fil-25 ta’…

Continue reading