Join Us On:

News Archive

Yearly Archives: 2012

MESSAĠĠ MILL-PRESIDENT TAS-SOĊJETA

Diċembru, ta ’ kull sena jimmarka sena oħra ta’ ħidma għas-Soċjeta` Filarmonika La Stella, ħidma li hi riflessa fl-impenn tas-sezzjonijiet kollha tagħha; fuq quddiem u primarjament il-Banda La Stella, l-Kumitat Ġenerali tas-Soċjetà, l-isforzi kontinwi tas-sotto-kumitati tal-Armar, dak tan-Nar u tat-Tiġrijiet…

Continue reading

ISIR IL-FUNERAL TA’ ĠUŻEPPI FARRUGIA

Il-bieraħ kien jum ta’ luttu għas-Soċjetà Filarmonika La Stella  u l-bandiera tagħha ittellet mezzasta b’rispett lejn il-membru ħabrieki tagħha Ġużeppi Farrugia, li ħalla din id-dinja t-Tlieta 18 ta’ Diċembru 2012 fl-eta ta’ 70 sena. Huwa doveruż li kull membru tas-Soċjetà…

Continue reading

L-ISTRINA 2012

Bħalma ġara matul l-aħħar snin din is-sena se ssir ukoll edizzjoni oħra tal-Istrina, eżattament l-għada tal-Milied, 26 ta’ Diċembru 2012.   L-Istrina, li ssir b’risq il-Community Chest Fund tirċievi donazzjonijiet mingħand il-poplu, minn organizzazzjonijiet kummerċjali kif ukoll NGOs.     Is-Soċjetà Filarmonika La…

Continue reading

IL-MILIED IT-TAJJEB !

F’dawn il-jiem ta’ festa s-Soċjetà Filarmonika La Stella tixtieq twassal l-isbaħ xewqat lill-membri kollha tagħha fid-diversi oqsma, lill-partitarji, kollaboraturi u lilkom ilkoll. Nixtiequ nieħdu din l-okkażjoni biex infakkrukom fl-appuntamenti f’dawn il-jiem fil-Bażilika ta’ San Ġorġ. Il-lejla fl-4.30pm isir il-Kant Solenni tal-Ewwel…

Continue reading

EGĦLUQ IS-SENA IMPENJATTIV

Il-bieraħ filgħaxija ġie fi tmiemu staġun mimli impenji kemm għat-Teatru Astra kif ukoll għall-Banda La Stella. Fil-fatt, Miliedfest 2012 taħt id-direzzjoni ta’ Antonella Zammit li sar il-bieraħ fit-teatru kien l-aħħar appuntament f’sena impenjattiva, speċjalment fl-aħħar xhur tas-sena fejn minbarra ż-żewġ…

Continue reading

IĦALLINA S-SUR ĠUŻEPPI FARRUGIA‏

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tinsab f’ luttu u b’dispjaċir tħabbar li s-Sur Ġużeppi Farrugia, membru tal-Kumitat tal-istess Soċjetà ħalla din d-dinja biex imur jiltaqa m’Alla fil-ħajja eterna.  Ix-xbieha ta’ Ġużeppi tibqa f’moħħna quddiem il-Banda La Stella fis-servizzi matul s-sena.  Is-sehem ta’ Ġużeppi…

Continue reading

IS-SOĊJETA LA STELLA TIFRAĦ LIL DR MARIA FRENDO

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella ssellem u tifraħ lil Dr Maria Frendo fl-okkażjoni ta’ għoti tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu mill-President ta’ Malta Dr George Abela f’Jum ir-Repubblika, il-Hamis 13 ta’ Dicembru 2012.  Dan il-ġest ma huwiex biss rikonoxximent dovut, fuq livell nazzjonali, għall-ħidma professjonali…

Continue reading

TĦASSRU L-FESTI ESTERNI TAL-KUNĊIZZJONI

Kmieni wara nofsinhar ġie deċiż li jitħassru l-festi esterni tal-Immakulata Kunċizzjoni minħabba l-maltemp li ppersista matul il-jum kollu.  Għalhekk is-servizzi li l-Banda tagħna kellha ppjanati għal-lum mhux se jsiru.  Jekk Alla jrid nerġgħu nagħmlu l-istess appuntamenti għas-sena d-dieħla. Intant fit-Teatru…

Continue reading

STILLA FI STILLA !

Wara li l-bieraħ il-Banda Ċittadina La Stella mexxiet il-marċ tradizzjonali ta’ lejliet il-festa, illum l-istess banda kellha takkumpanja l-purċissjoni solenni bl-istatwa artistika tal-Immakulata, pero’ minħabba l-maltemp il-purċissjoni ġiet posposta għal għada. Jekk għada t-temp jippermetti kollox isir fil-ħin li kien…

Continue reading

WASLET L-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI !

Iva, waslet tassew il-festa tant għażiża tal-Immakulata Kunċizzjoni, liema festa hija importanti ferm fil-kalendarju tagħna r-Rabtin b’mod partikulari għal dawk fl-inħawi tal-Knisja ta’ San Franġisk.  Pero’ l-festa tal-Immakulta hija wkoll maħbuba ferm minna l-parruċċani ta’ San Ġorġ u l-partitarji tas-Soċjetà Filarmonika…

Continue reading

MILIEDFEST – THE LA STELLA GRAND CHRISTMAS SHOW

L-Għaqda Armar Festa San Ġorġ fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella, f’kollaborazzjoni mad-direzzjoni ta’ Teatru Astra, għandha l-pjaċir tħabbar li sa ttella’ Miliedfest – The La Stella Grand Christmas Show, fuq il-palk ta’ l-istess Teatru, nhar is-Sibt 22 ta’ Diċembru,…

Continue reading

KUNĊERT SUĊĊESS MILL-BANDA LA STELLA

Festival Mediterranea ġie fi tmiemu nhar is-Sibt 17 ta’ Novembru fit-Teatru Astra fejn sar kunċert kbir mill-Banda La Stella. F’teatru mimli bin-nies, il-bandisti tagħna kienu l-protagonisti tas-serata, liema attività hija meqjusa bħala l-aktar waħda mportanti fil-lista twila ta’ impenji li jgħoddu aktar…

Continue reading

LA STELLA BRASS ENSEMBLE & SOLOISTS

Nhar is-Sibt filgħaxija, fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia, kellna kunċert eċċellenti minn La Stella Brass Ensemble & Soloists, liema sala kienet ippakkjata bin-nies, tant li ħafna spiċċaw kellhom jibqgħu bil-wieqfa. Dan il-kunċert, li huwa parti minn Festival Mediterraea 2012, ikun mistenni…

Continue reading

IKOMPLI FESTIVAL MEDITERRANEA 2012

Nhar is-Sibt li ġej għandna żewġ attivitajiet importanti ta’ Festival Mediterranea 2012. Filgħodu se ssir il-lecture on site mill-artist u lecturer Mark Segona, On the Trails of Giuseppe Cali. Tluq minn quddiem it-Teatru Astra fid-9.00 am. Għal din l-attività booking…

Continue reading

TRAĠEDJA FIL-KAMRA TAN-NAR QALB TA’ ĠESU

Minn din il-paġna nixtiequ nwasslu l-kondoljanzi lill-familjari tal-vittmi tal-kamra tan-Nar tal- Qalb ta’ Ġesu li splodiet il-bieraħ il-Ħadd 4 ta’ Novembru 2012. Hija diżgrazzja kiefra li ħasdet lil Għawdex kollu, anke għaliex għadha friska diżgrazzja oħra li seħħet xi snin…

Continue reading

NIFIRĦU LILL-KANONKU ĠWANN BOSCO CREMONA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tifraħ lill-Kanonku Giovanni Bosco Cremona, membru tal-Kapitlu u Kolleġġjata tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ, li dan l-aħħar inħatar bħala kuġitur ta’ Mons. Anton Gauci, Dekan tal-Kapitlu Katidrali, bit-titlu ta’ Monsinjur. Dun Ġwann twieled fl-1952 u ġie ordnat…

Continue reading

KUNĊERT MILL-PJANISTA NICHOLAS McCARTHY

Wara diversi appuntamenti l-ġimgħa li għaddiet, nhar is-Sibt 3 ta’ Novembru 2012 fit-8.00pm se jkollna kunċert uniku fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia, Bażilika ta’ San Ġorġ minn Nicholas McCarhty. Nicholas McCarthy huwa kkunsidrat bħala l-iżgħar pjanista fid-dinja li jdoqq bl-id ix-xellugija biss. Huwa…

Continue reading

DOLCE NOTTE ! QUANTE STELLE !

"Dolce Notte ! Quante Stelle !"  kliem Madama Butterfly għadu jidwi f’widnejna wara r-rapreżentazzjoni stupenda tal-bieraħ, it-tieni waħda fi tlett ijiem.  Is-serata tal-Ħamis li għadda u tal-bieraħ filgħaxija se jibqgħu mnaqqxa fl-istorja tat-Teatru Astra.  Ġojjell ieħor mal-katina ta’ suċċessi li…

Continue reading

MADAMA BUTTERFLY FULLY BOOKED

Bi pjaċir u sodisfazzjon kbir inħabbru li Madama Butterfly li se titella’ llum hija fully booked, kif kienet fully booked ukoll ir-rapreżentazzjoni tal-Ħamis li għadda.  Jiddispjaċina għan-numru kbir ta’nies li din il-ġimgħa ċemplu, kitbulna u saħansitra ħafna minnhom ġew personalment…

Continue reading

IT-TEATRU ASTRA JAGĦZEL L-OPRA OTELLO GĦALL-2013

Il-Bieraħ tħabbar b’mod uffiċjali li t-Teatru Astra s-sena d-dieħla se jtella’ l-opra ta’ Verdi, Otello, ritorn wara li ġa saret fl-2003. Intant, il-bieraħ Madama Butterfly kienet suċċess kbir, liema suċċess se jibqa’ mnaqqax fl-istorja tat-Teatru Astra u tas-Soċjetà.  L-udjenza kellha…

Continue reading

PROGRAMM FESTIVAL MEDITERRANEA

Għadu kif ħareġ il-programm uffiċjali ta’ Festival Mediterranea, li issa wasal fil-11 il-edizzjoni tiegħu.   L-attivitajiet li ġew imħabbra fil-ġimgħat u x-xhur li għaddew issa ġew ippubblikati kollha f’programm wieħed li fih jiġbor id-dati u l-ħinijiet tal-avvenimenti kollha. Wieħed isib ukoll…

Continue reading

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN MIKIEL

Nhar is-Sibt li ġej 29 ta’ Settembru taħbat il-festa liturġika u parrokkjali tal-Arkanġlu San Mikiel.  Fil-Bażilika ta’ San Ġorġ din il-festa se tiġi ċċelebrata permezz ta’ tlett ijiem ta’ Tridu bejn nhar il-Erbgħa u l-Ġimgħa. L-Għada s-Sibt imbagħad fis-7pm issir konċelebrazzjoni immexija…

Continue reading

L-IKLA TA’ SAN MIKIEL

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella, flimkien mal-Għaqda tal-Armar fi ħdanha, ser jorganizzaw l-ikla tradizzjonali ta’ San Mikiel fi Pjazza San Ġorġ, nhar is-Sibt 29 ta’ Settembru, fit-8.00 pm.   Id-dħul minn din l-attività se jmur għall-festa ta’ San Ġorġ 2013. Għalhekk ikun…

Continue reading

IĦALLINA MONS. GEORGE BEZZINA

Fil-ġranet li għaddew tħabbert, b’niket, il-mewt ta’ Mons. George Bezzina – membru tal-Kapitlu ta’ San Ġorġ Martri, saċerdot li kellu ħafna għal qalbu l-Knisja u d-Djoċesi ta ‘Għawdex. Huwa ħalliena nhar it-13 ta’ Settembru 2012, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fir-Rabat, fl-età ta 58 sena. Huwa ġie…

Continue reading

SIT ELETTRONIKU ĠDID TAS-SURMAST VELLA

Dan l-aħħar is-Surmast Direttur tal-Banda La Stella, il-Prof. Joseph Vella, nieda progett personali, sit elettroniku li jikludi gabra ta’ informazzjoni dwar il-ħajja u l-kontribut mużikali tiegħu. Il-Professur Vella ilu jmexxi l-Banda tagħna mill-1970 u taħtu saru ħafna suċċessi u kisbiet…

Continue reading

FESTIVAL MEDITERRANEA 2012

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella f’dawn il-ġranet tinsab iffukata għal darba oħra għall–avveniment importanti ieħor fil-kalendarju tal-ħidma tagħha,l-organizzazzjoni ta’ Festival Mediterranea, din is-sena il-ħdax il-edizzjoni li ser issir bejn il-25 ta’ Ottubru u 17 ta’ Novembru 2012. Dan il-festival huwa mportanti ħafna mhux biss fil-kalendarju kulturali…

Continue reading

IL-BANDA LA STELLA F’GĦAJNSIELEM

Il-bieraħ il-Banda Ċittadina La Stella għamlet l-aħħar servizz fil-festi f’dan l-istaġun. Dan l-aħħar impenn kien fir-raħal pittoresk t’Għajnsielem għall-festa tal-Madonna ta’ Loretu u kien jikkonsisti f’marċ li beda minn Triq il-Ġnien u spiċċa fil-misraħ tal-Knisja fejn il-Banda tagħna, għal darba oħra…

Continue reading

JUM TA’ LUTTU NAZZJONALI

F’dan il-jum ta’ luttu nazzjonali is-Soċjetà Filarmonika La Stella ssellem il-memorja tal-Perit Duminku Mintoff, personaġġ importanti fl-istorja politika riċenti ta’ pajjizna. Il-Perit Mintoff serva fost l-oħrajn għal ħafna snin bħala Prim Ministru ta’ Malta.   Is-Soċjetà La Stella tingħaqad mal-istat…

Continue reading