Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: November 2011

PRIMAT IEĦOR MIKSUB MIT-TEATRU ASTRA

Bħalma ħabbarna xi jiem ilu Norma li ttellgħet fit-Teatru Astra fil-Festival Mediterranea 2011 ġiet imxandra waqt il-programm Leggione fuq l-istazzjoni Taljan Canale 5 ta’ Mediaset.  Primat assolut miksub mit-Teatru tagħna.  Prosit tassew lil dawk kollha nvoluti !  Għamiltu reklam kbir lill-Festival Mediterranea, lis-Soċjetà,…

Continue reading

ĦARSA LURA LEJN FESTIVAL MEDITERRANEA 2011

Meta wieħed iħares lura lejn il-Festival Mediterranea li ġie fi tmiemu l-ġimgħa l-oħra bil-programm annwali tal-banda ċittadina La Stella fit-Teatru Astra, għandu għax ikun sodisfatt li kollox mar sew u allura wieħed jagħmel aktar kuraġġ biex fil-futur jipprova jtejjeb dak…

Continue reading

NORMA TA’ TEATRU ASTRA FUQ CANALE 5

Il-produzzjoni Norma ta’ Teatru Astra, li saret darbtejn ix-xahar li għadda, se tintwera fuq l-uniku programm ta’ Canale 5 dwar l-opra u l-mużika klassika, Loggione, li jixxandar nhar is-Sibt fid-8.45am. Xeni mill-opra, iffilmjati mill-kru tekniku ta’ erba’ min-nies li ġew…

Continue reading

SERATA MEMORABBLI GĦALL-BANDA TAGĦNA

Il-lejla nistgħu ngħidu li l-Banda tagħna laħqet il-qofol tal-impenji annwali tagħha meta temmet il-Festival Mediterranea 2011 bil-Programm Annwali tagħha. Is-serata kienet ippreżentata mis-Sur Charles Coleiro, ħabib kbir tas-Soċjetà tagħna.  Bl-istil tiegħu s-Sur Coleiro anima l-kunċert billi wassal tagħrif fuq kull…

Continue reading

IS-SURMAST VELLA BARRA MINN MALTA

Wara s-suċċess ta’ Settembru li għadda fi Franza, is-Surmast tal-Banda tagħna, l-Prof. Mro. Joseph Vella, ġie mistieden f’Pistoia, l-Italja,  biex jitkellem fuq diversi kompożizzjonijiet tiegħu.  Minbarra l-lecture huwa semma’ biċċiet mix-xogħolijiet tiegħu fosthom Symphony No. 3 (The Apocalypse Verses) u…

Continue reading

QUDDIESA B’SUFFRAĠJU TAL-MEJTIN TAS-SOĊJETA

Nhar il-ġimgħa 11 ta’ Novembru 2011, se ssir quddiesa b’suffraġju tal-mejtin tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, fis-6.00pm fil-Bażilika ta’ San Ġorġ.  Hija ħaġa sabiħa ħafna li fix-xahar tal-mejtin niftakru fl-erwieħ tagħna.   Għalhekk bħalma ġara fis-snin li għaddew is-Soċjetà se tagħmel quddiesa…

Continue reading

LA STELLA SOLOISTS, WIND AND BRASS ENSEMBLES

Is-Sibt 5 ta’ Novembru kienet ġurnata importanti għall-Banda La Stella peress li nżamm l-appuntament ta’ kull sena "La Stella Soloists, Wind and Brass Ensembles" bħala parti mill-attivitajiet tal-Festival Mediterranea 2011. L-Aula, sa minn qabel il-ħin tal-bidu tal-kunċert, kienet ippakkjata bin-nies.…

Continue reading

GWARDJAN ĠDID TAL-PATRIJIET FRANĠISKANI

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tifraħ lir-Rev. Patri Joe Xerri O.F.M. Conv. fl’okkażjoni tal-ħatra tiegħu bħala Gwardjan tal-Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani tal-Belt Victoria, ħatra li ġiet ikkomunikata aktar kmieni f’Ottubru li għadda.   Is-Soċjetà tirringrazzja wkoll lill-predeċessur tiegħu Rev. Patri George Attard O.F.M.…

Continue reading

L-AĦĦAR TISLIMA LIL ĠANNI FORMOSA

Il-bieraħ il-Banda Ċittadina La Stella akkumpanjat il-korteo ta’wieħed mill-bandisti fl-aħħar vjaġġ tiegħu minn Triq ir-Repubblika għall-Bażilika ta’ San Ġorġ.  Il-korteo kien immexxi minn Mons. Ġużeppi Farrugia, li huwa d-direttur spiritwali tas-Soċjetà. Matul il-korteo indaqqu marċi funebri ta’ żewġ kompożituri minn…

Continue reading