Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: September 2011

FESTA TA’ SAN MIKIEL ARKANĠLU

Illum 29 ta’ Settembru taħbat il-festa liturġika u parrokkjali tal-Arkanġlu San Mikiel.  Fil-Bażilika ta’ San Ġorġ din il-festa ġiet iċċelebrata permezz ta’ tlett ijiem ta’ Tridu bejn it-Tnejn 26, u l-bieraħ, l-Erbgħa, 28 ta’ Settembru.  Il-priedki tat-Tridu saru minn Dun Geoffrey George…

Continue reading

ĦATRA IMPORTANTI GĦAS-SUR ANTOINE VASSALLO

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tilqa’ bi pjaċir il-ħatra tas-Sur Antoine Vassallo bħala President tal-Azzjoni Kattolika ta’ Għawdex. Is-Sur Vassallo kien di&#289à attiv fl-Azzjoni Kattolika għal diversi snin. Huwa laħaq minflok is-Sur Emanuel Saliba, li ħalliena għall-arrieda xi ġimgħat ilu, u…

Continue reading

IL- KUNĊERT ANNWALI TAL-BANDA FIL-FESTIVAL

Wara l-impenji numerużi tal-Banda Ċittadina La Stella matul is-sajf li għadda, il-Ħadd 18 ta’ Settembru reġgħu bdew isiru l-kunċerti bi preparazzjoni għall-Kunċert Annwali li jittella’ fit-Teatru Astra bħala l-attività finali tal-Festival Mediterranea 2011. Għall-banda tagħna dan il-kunċert huwa wieħed importanti ħafna fil-kalendarju…

Continue reading

XOGĦOLIJIET FIT-TEATRU ASTRA

Bħalma ktibna ftit tal-ġranet ilu bħalissa hemm diversi xogħlijiet għaddejjin fit-Teatru Astra. Parti minn dawn ix-xogħlijiet huma ffinanzjati mill-fondi ta’ Eco-Għawdex, liema xogħolijiet waslu fil-fażi konklussiva. Il-bini mill-ġdid tal-palk dalwaqt ser ikun konkluż biex b’hekk jibda ix-xogħol fuq ix-xenografija tal-opra.…

Continue reading

PREPARAZZJONI GĦALL-FESTIVAL MEDITERRANEA 2011

Issa li għaddew il-festi f’Għawdex, fejn il-Banda tagħna temmet l-impenji tagħha fil-festa ta’ Għajnsielem, is-Soċjetà tintensifika l-enerġija tagħha fl-organizzazzjoni tal-Festival Mediterranea 2011 li din is-sena se jkun bejn is-27 ta’ Ottubru u d-19 ta’ Novembru 2011. Naturalment dan il-festival jinkorpora…

Continue reading

SPETTAKLU MINN “DEĊEDUTI” FIT-TEATRU ASTRA

Huwa ta’ pjaċir għas-Soċjetà Filarmonika La Stella, tħabbar li l-kumpanija wara s-sensiela popolari fuq it-televiżjoni Maltija, għażlet it-Teatru Astra biex tagħmel is-“Season Premier” tagħha. L-ispettaklu se jsir nhar il-Ħadd, 25 ta’ Settembru 2011, fit-3.00 pm. Il-Biljetti jiswew €10 u jistgħu…

Continue reading

BBQ B’RISQ IL-FESTA TA’ SAN ĠORĠ

Għal ħafna nies l-istaġun tal-festi spiċċa, imma għalina l-attivisti Ġorġjani, ix-xogħol jibda minn issa, biex ma ngħidx li diġa beda. Il-preparamenti għall-festa li jmiss, dik tas-sena 2012, ikun beda minn kmieni fis-sezzjonijiet varji tas-soċjetà, fosthom tal-armar, tan-nar kif ukoll il-kumitat…

Continue reading

ŻJARA MILL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX FIT-TEATRU ASTRA

Waqt żjara li għamlet il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono fit-Teatru Astra, spjegat kif il-gvern qiegħed jgħin lis-Soċjetà Filarmonika La Stella, permezz ta’ fondi allokati bl-iskema ta’ Eco-Gozo. Il-proġett tas-Soċjetà Filarmonika La Stella jinkludi ristrutturar tal-faċilitajiet ewlenin ġewwa t-Teatru Astra…

Continue reading