Join Us On:

News Archive

Yearly Archives: 2011

ĦARSA LURA LEJN SENA OĦRA TA’ SUCCESSI

Tmiem is-sena jġagħlna nħarsu  lura lejn dak li ġara matul l-aħħar tnax -il xahar, u jekk nagħmlu dan fil-kuntest ta’ ħidmet is-Soċjetà Mużikali prinċipali ta’ gżiritna,  wieħed għandu għax jkun sodisfatt b’dak kollu li s-Soċjetà Filarmonika La Stella irnexxielha tagħmel…

Continue reading

IL-MILIED IT-TAJJEB !

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tawgura Milied qaddis lill-bandisiti, membri tagħha fl-amministrazzjoni, voluntiera, partitarji u ammiraturi tagħha u lil dawk kollha li b’xi mod jsostnuwha fil-ħidma u l-proġetti tagħha.   Il-ħimda u l-kollaborazzjoni ta’ dawn kollha jippromettu sena oħra ta’ ħidma…

Continue reading

NOQORBU AKTAR LEJN IL-MILIED

Din il-ġimgħa hija l-aktar importanti fi żmien l-avvent għaliex bejn il-lejl tas-Sibt 24 u l-Ħadd 25 ta’ Diċembru niċċelebraw it-twelid ta’ Sidna Ġesu Kristu. Il-Ġimgħa 23 ta’ Diċembru huwa id-disa’ u l-aħħar jum tan-Novena fejn fis-6.00 pm wara l-quddiesa se jkun…

Continue reading

IN-NOVENA TAL-MILIED

Illum fil-Bażilika ta’ San Ġorġ se tibda n-Novena tal-Milied. Kif imħabbar f’programm maħruġ mill-uffiċċju parrokkjali u li ġie mqassam fid-djar tagħna, illum il-Ħamis 15 ta’ Diċembru se tibda n-Novena għat-tfal u l-familji fil-quddies tas-6 pm. Din is-sena l-quddiesa tan-Novena se ssir minn…

Continue reading

IS-SURMAST PROF. JOSEPH VELLA F’OSLO

Fl-aħħar ġimgħa ta’ Novembru is-Surmast Direttur tal-Banda Ċittadina La Stella il-Prof. Joseph Vella kien mistieden f’Oslo, in-Norveġja minn National Music Teachers Association, li ta’ kull sena torganizza kompetizzjoni għall-mużiċisti żgħażagħ fejn jintgħażel il-mużiċist tas-sena. F’din il-kompetizzjoni jieħdu sehem mhux biss solisti…

Continue reading

STILLA FI STILLA

Hekk dejjem sejjħulek missirijietna u hekk insejħulek aħna għax inti verament “Stilla fi Stilla”, “Inti l-unur tal-Poplu tagħna”.   Huwa ta’ unur għalina l-Ġorġjani li f’dan il-jum hekk għażiż nilqgħuk fil-bieb ta’ darek bħalma ġara l-bieraħ filgħaxija permezz tal-Banda tagħna. Bħas-soltu kienu…

Continue reading

IL-FESTA T-TAJBA LIR-RABTIN KOLLHA

Il-festa tal-Kunċizzjoni hija festa għall-qalb ir-Rabtin kollha b’mod speċjali dawk ta’ madwar San Franġisk. F’Għawdex din il-festa tiġi ċċelebrata wkoll fil-Qala.   Bħalma informajnikom qabel, il-Banda La Stella se tagħmel numru ta’ servizzi f’din il-festa bl-ewwel wieħed ikun illum l-Erbgħa 7…

Continue reading

FESTA F’ĠIEĦ L-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI

Din il-ġimgħa tkun taħt il-lenti  l-Knisja ta’ San Franġisk t’ Assisi fil-Belt Victoria, fejn tiġi ċċelebrata l-festa tant għażiża tal-Immakulata Kunċizzjoni. Illum il-Ħadd beda t-Tridu Solenni, bil-priedka tal-Wisq Reverendu Patri Peter P. Cachia.  Naturalment wara l-priedka kien hemm l-antifona u ċelebrazzjoni…

Continue reading

XOGĦLIJIET FIS-SALA GIUSEPPE GIARDINI VELLA

L-Għaqda tal-Armar tal-Festa ta’ San Ġorġ tinsab għaddejja minn perjodu impenjattiv daqsxejn iżjed mis-soltu, b’ħidma fuq diversi proġetti li daħlet għalihom f’dawn l-aħħar snin u inizjattivi ġodda li se tniedi fil-jiem li ġejjin.  Fil-fatt, ftit ilu, tkompliet id-dekorazzjoni fuq in-niċċa…

Continue reading

AKTAR SERVIZZI MILL-BANDA LA STELLA

Is-servizzi fil-festi tal-Banda La Stella ma jispiċċawx fi tmiem is-sajf.  Fil-fatt nhar il-Ħadd li għadda, festa parrokkjali tal-Appostlu Sant’Andrija fil-Parroċċa tal-Fontana, il-Banda La Stella akkumpanjat purċissjoni mmexxija minn Mons. Rużar Borg mat-toroq ewlenin tal-lokal.   Tard wara nofsinhar il-Banda tagħna…

Continue reading

PRIMAT IEĦOR MIKSUB MIT-TEATRU ASTRA

Bħalma ħabbarna xi jiem ilu Norma li ttellgħet fit-Teatru Astra fil-Festival Mediterranea 2011 ġiet imxandra waqt il-programm Leggione fuq l-istazzjoni Taljan Canale 5 ta’ Mediaset.  Primat assolut miksub mit-Teatru tagħna.  Prosit tassew lil dawk kollha nvoluti !  Għamiltu reklam kbir lill-Festival Mediterranea, lis-Soċjetà,…

Continue reading

ĦARSA LURA LEJN FESTIVAL MEDITERRANEA 2011

Meta wieħed iħares lura lejn il-Festival Mediterranea li ġie fi tmiemu l-ġimgħa l-oħra bil-programm annwali tal-banda ċittadina La Stella fit-Teatru Astra, għandu għax ikun sodisfatt li kollox mar sew u allura wieħed jagħmel aktar kuraġġ biex fil-futur jipprova jtejjeb dak…

Continue reading

NORMA TA’ TEATRU ASTRA FUQ CANALE 5

Il-produzzjoni Norma ta’ Teatru Astra, li saret darbtejn ix-xahar li għadda, se tintwera fuq l-uniku programm ta’ Canale 5 dwar l-opra u l-mużika klassika, Loggione, li jixxandar nhar is-Sibt fid-8.45am. Xeni mill-opra, iffilmjati mill-kru tekniku ta’ erba’ min-nies li ġew…

Continue reading

SERATA MEMORABBLI GĦALL-BANDA TAGĦNA

Il-lejla nistgħu ngħidu li l-Banda tagħna laħqet il-qofol tal-impenji annwali tagħha meta temmet il-Festival Mediterranea 2011 bil-Programm Annwali tagħha. Is-serata kienet ippreżentata mis-Sur Charles Coleiro, ħabib kbir tas-Soċjetà tagħna.  Bl-istil tiegħu s-Sur Coleiro anima l-kunċert billi wassal tagħrif fuq kull…

Continue reading

IS-SURMAST VELLA BARRA MINN MALTA

Wara s-suċċess ta’ Settembru li għadda fi Franza, is-Surmast tal-Banda tagħna, l-Prof. Mro. Joseph Vella, ġie mistieden f’Pistoia, l-Italja,  biex jitkellem fuq diversi kompożizzjonijiet tiegħu.  Minbarra l-lecture huwa semma’ biċċiet mix-xogħolijiet tiegħu fosthom Symphony No. 3 (The Apocalypse Verses) u…

Continue reading

QUDDIESA B’SUFFRAĠJU TAL-MEJTIN TAS-SOĊJETA

Nhar il-ġimgħa 11 ta’ Novembru 2011, se ssir quddiesa b’suffraġju tal-mejtin tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, fis-6.00pm fil-Bażilika ta’ San Ġorġ.  Hija ħaġa sabiħa ħafna li fix-xahar tal-mejtin niftakru fl-erwieħ tagħna.   Għalhekk bħalma ġara fis-snin li għaddew is-Soċjetà se tagħmel quddiesa…

Continue reading

LA STELLA SOLOISTS, WIND AND BRASS ENSEMBLES

Is-Sibt 5 ta’ Novembru kienet ġurnata importanti għall-Banda La Stella peress li nżamm l-appuntament ta’ kull sena "La Stella Soloists, Wind and Brass Ensembles" bħala parti mill-attivitajiet tal-Festival Mediterranea 2011. L-Aula, sa minn qabel il-ħin tal-bidu tal-kunċert, kienet ippakkjata bin-nies.…

Continue reading

GWARDJAN ĠDID TAL-PATRIJIET FRANĠISKANI

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tifraħ lir-Rev. Patri Joe Xerri O.F.M. Conv. fl’okkażjoni tal-ħatra tiegħu bħala Gwardjan tal-Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani tal-Belt Victoria, ħatra li ġiet ikkomunikata aktar kmieni f’Ottubru li għadda.   Is-Soċjetà tirringrazzja wkoll lill-predeċessur tiegħu Rev. Patri George Attard O.F.M.…

Continue reading

L-AĦĦAR TISLIMA LIL ĠANNI FORMOSA

Il-bieraħ il-Banda Ċittadina La Stella akkumpanjat il-korteo ta’wieħed mill-bandisti fl-aħħar vjaġġ tiegħu minn Triq ir-Repubblika għall-Bażilika ta’ San Ġorġ.  Il-korteo kien immexxi minn Mons. Ġużeppi Farrugia, li huwa d-direttur spiritwali tas-Soċjetà. Matul il-korteo indaqqu marċi funebri ta’ żewġ kompożituri minn…

Continue reading

FUNERAL TAL-BANDIST ĠANNI FORMOSA

B’niket inħabbru l-mewt tas-Sur Ġanni Formosa ta’ Triq Pompei, ir-Rabat Għawdex fl-għomor ta’ 75 sena.  Ġanni, li serva bħala bandist tas-Soċjetà tagħna għal 60 sena, ħalliena nhar il-Erbgħa 26 ta’ Ottubru.  Huwa għalhekk li nhar il-Erbgħa li għadda, illum il-Ħadd…

Continue reading

‘NORMA, AH ! NORMA, ANCORA AMATA …’

"Norma, ah ! Norma, ancora amata, Madre ancora sarai per me."  Hekk tgħid Adalgisa lil Norma fit-tielet xena tat-tieni att.  U l-udjenza hekk ħassitha l-bieraħ filgħaxija meta spiċċat it-tieni rappreżentazzjoni tal-opra lirika Norma ta’ Vincenzo Bellini, fost l-applaws kontinwu ta’…

Continue reading

SPETTAKLU KBIR …!

Xi spettaklu …! Din kienet il-kelma fuq fomm kulħadd il-bieraħ filgħaxija hekk kif spiċċat in-Norma li fetħet uffiċjalment il-Festival Mediterranea 2011.  Is-sala ippakkjata bin-nies biex jaraw l-ewwel rapreżentazzjoni kellhom kliem ta’ tifħir fuq kull aspett tal-opra, speċjalment il-livell tant għoli…

Continue reading

‘MADAMA BUTTERFLY’ FIT-TEATRU ASTRA

Hekk kif il-lejla jiftaħ il-Festival Mediterranea 2011 bl-opra lirika Norma, il-kumitat organizzativ bi pjaċir iħabbar li s-sena d-dieħla se ssir Madama Butterfly ta’ Giacomo Puccini.  Bħalma sar dejjem f’dawn l-aħħar snin l-opra se tinżamm fl-aħħar Sibt tax-xahar ta’ Ottubru kif…

Continue reading

WASLET IN-NORMA … JIFTAĦ IL-FESTIVAL

Kollox jinsab lest biex jiftaħ il-Festival Mediterranea 2011 bin-Norma ta’ Vincenzo Bellini.  L-opra tibda fis-7.30pm, għalhekk importanti li kulħadd ikun f’postu minn qabel.  Mhux se jitħallew nies jidħlu wara l-ħin indikat. Dawn il-ġranet kienu ferm impenjattivi għal dawk kollha nvoluti minħabba l-preparamenti li…

Continue reading

IKTAR MUŻIKA, STORJA U KULTURA WAQT FESTIVAL MEDITERRANEA

Minbarra l-opra Norma, li se ssir f’Teatru Astra din il-ġimgħa, Festival  Mediterranea jippreżenta programm sħiħ ta’ attivitajiet kulturali li jfittxu li  jesponu aspetti tat-teżori u l-wirt kulturali sinjur tal-Gżejjer Maltin. Norma  tiftaħ l-għaxar edizzjoni ta’ dan il-festival, bl-ewwel rappreżentazzjoni ssir …

Continue reading

CASTA DIVA, CHE INARGENTI … FIT-TEATRU ASTRA F’GHAWDEX

Fost il-pubbliku li jħobb l-opra hemm stennija kbira għaż-żewġ rappreżentazzjonijiet tal-opra Norma, il-kapulavur operistiku ta’ Vincenzo Bellini. L-aria tagħha ‘Casta Diva’ tfakkar b’mod awtomatiku l-vuċi ċelebri ta’ Maria Callas li mmortalizzatha. Norma mhijiex opra faċli anke għaliex teħtieg sopran b’vuċi…

Continue reading

L-AĦĦAR PREPARAMENTI GĦAL-NORMA

F’Teatru Astra bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti għaż-żewġ rappreżentazzjonijiet tal-opra Norma, fil-faċilitajiet li gew imtejba fl-aħħar xhur permezz ta’ fondi akkwistati mill-iskema tal-Ministeru għal Għawdex taħt il-viżjoni ‘eko-Ghawdex’, li kienet miftuħa għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi. L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, żaret…

Continue reading

IS-SOPRAN GRIEGA DIMITRA THEODOSSIOU

Il-Fesitaval Mediterranea 2011 huwa kburi li din is-sena akkwista s-servizzi u l-ħiliet tas-sopran Griega Dimitra Theodossiou li bħalma ħabbarna fi bnadi oħra se tkanta l-parti ta’ Norma fl-opra tant diffiċli li ġġib l-istess isem u li se ssir f’żewġ serati bħala parti…

Continue reading

RESTORANTI FIR-RABAT JOFFRU MENU SPEĊJALI

Il-Kumitat organizzattiv tal-Festival Mediterranea ħabbar li żewġ restoranti ta’ livell għoli fir-Rabat Għawdex se joffru menu speċjali għal dawk kollha li jixtiequ jieklu qabel jew wara l-opra, kemm dik tas-27 kif ukoll dik tad-29 ta’ Ottubru.  Ir-Restoranti huma Patrick’s Tmun,…

Continue reading

AKTAR PREPARAMENTI GĦALL-FESTIVAL

Aktar ma toqrob id-data tal-ftuħ tal-Festival Mediterranea 2011, jiżdiedu l-impenji minn kull naħa tas-Soċjetà, kumitat organizzattiv u partitarji. Naturalment l-ewwel appuntament huwa dak tal-opra lirika Norma, li bħalma tafu titlob ħafna xogħol bħalma ġa ktibna bnadi oħra.  Il-preparazzjoni titlob dedikazzjoni…

Continue reading

ĦIDMA INTENSIVA FIT-TEATRU ASTRA

Kull min iħobb l-opra lirika jaf tajjeb li x-xenarju huwa parti importanti għas-suċċess ta’ kwalunkwe produzzjoni. Din is-sena wkoll wieħed mill-elementi prinċpali tal-produzzjoni tan-Norma hu x-xejnaru u kollox qed juri li r-riżultat finali ser ikun wieħed promettenti ħafna. F’ dawn…

Continue reading

LEJLA MALTIJA B’RISQ IL-FESTA 2012

Bħalma ġa ħabbarna xi jiem ilu l-Għaqda Armar ta’ San Ġorġ se torganizza Lejla Maltija b’risq il-festa ta’ San Ġorġ 2012.  Din il-Lejla se tkun organizzata fi Pjazza San Ġorġ, nhar is-Sibt 15 ta’ Ottubru, fit-8.00 pm.  F’każ ta’ maltemp,…

Continue reading

LEJLA MALTIJA B’RISQ IL-FESTA

L-Għaqda Armar ta’ San Ġorġ se torganizza Lejla Maltija b’risq il-festa ta’ San Ġorġ 2012.  Din il-Lejla se tkun organizzata fi Pjazza San Ġorġ, nhar is-Sibt 15 ta’ Ottubru, fit-8.00 pm.  F’każ ta’ maltemp, l-ikla ssir fil-każin tal-banda La Stella.…

Continue reading

BANNERS ĠODDA FI TRIQ IR-REPUBBLIKA

Issa li d-data tal-ftuħ tal-Festival Mediterranea 2011 qegħda toqrob, il-kumitat organizzattiv fost inizzjativi oħra ta’ marketing li qiegħed ikun iniedi, għadu kemm tella’ tlett banners fi Triq ir-Repubblika.  Il-banners qed jirreklamaw il-Festival, l-Opra kif ukoll il-Programm Annwali.  Dan ix-xogħol ma…

Continue reading