Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: October 2010

ILLEJLA L-EWWEL “TRAVIATA”

Ninsabu biss ftit tas-sigħat ‘il bogħod mill-ftuħ tad-disa’ edizzjoni ta’ Festival Mediterranea – festival kulturali mtella’ mis-Soċjetà Filarmonika La Stella.  Id-disa’ edizzjoni tiftaħ bl-ewwel rappreżentazzjoni tal-opra La Traviata. Din l-opra Verdjana ser tittella’ għat-tieni darba f’dan it-teatru wara s-suċċess tal-1989.…

Continue reading

ĊELEBRAZZJONI TAL-WIRT STORIKU TAGĦNA

Id-disa’ edizzjoni ta’ Festival Mediterranea, organizzat minn Teatru Astra, jinkludi numru ta’ attivitajiet li jiffukaw fuq il-wirt preistoriku uniku ta’ pajjiżna, organizzati fuq ħamest ijiem f’Malta jew f’Għawdex. L-attivitajiet jinkludu s-sehem tal-arkeologu u l-istudjuż magħruf Dr David Trump mir-Renju Unit,…

Continue reading

LA TRAVIATA: KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET

Teatru Astra qed iħabbar id-dettalji kollha b’rabta mal-produzzjoni tal-opra La Traviata inkluż informazzjoni dwar il-kantanti li se jkunu qed ikantaw waqt din il-produzzjoni. Il-kantanti huma fil-parti l-kbira tagħhom dawk internazzjonali ta’ reputazzjoni ferm għolja flimkien ma’ oħrajn li huma fost…

Continue reading

ATTIVITAJIET MARBUTA MAL-WIRT ARKEOLOĠIKU

L-ammiraturi tal-kultura u wirt arkeoloġiku għandhom iżommu l-aġenda tagħhom libera minn appuntamenti matul l-ewwel Ġimgħa ta’ Novembru. Dan minħabba li Dr David Trump, arkeoloġista ta’ fama internazzjoni, se jkun lura f’pajjiżna għall-ġimgħa oħra ta’ avvenimenti storiċi u kulturali.   Għal sena…

Continue reading

LECTURE DWAR ‘LA TRAVIATA’ F’MALTA

Bħala parti mill-programm edukattiv li nieda Teatru Astra b’rabta mal-produzzjoni tal-opra La Traviata iktar tard dan ix-xahar, it-teatru qed jorganizza lecture b’xejn lill-pubbliku, li se ssir f’Malta, fejn jiġu spjegati u illustrati aspetti tal-opra mill-iktar popolari ta’ Giuseppe Verdi.  …

Continue reading

BILJETTI MRAĦĦSA GĦALL-ISTUDENTI

Studenti li għandhom 25 sena jew inqas jistgħu jgawdu minn offerta speċjali ta’ prezzijiet imraħħsa ferm għall-istudenti, li qed tiġi offruta mit-Teatru Astra għall-produzzjoni tal-opra La Traviata li se ssir fl-istess teatru nhar il-Ħamis 28 u s-Sibt 30 t’Ottubru 2010.…

Continue reading