Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: July 2010

AKTAR IMPENJI GĦALL-BANDA ‘LA STELLA’

Wara l-impenji numerużi li kellha l-banda La Stella fil-ġimgħa tal-festa ta’ San Ġorġ f’beltna, fi tmiem il-ġimgħa l-banda kienet mill-ġdid impenjata fis-servizzi fil-festi f’Għawdex. Il-banda għal darb’oħra kienet mistiedna tagħti servizz fir-raħal ta’ Sannat fejn ġiet iċċelebrata l-festa ta’ Santa…

Continue reading

KUNĊERT MINN SOLISTI TAL-BANDA

Bħala parti mill-Victoria International Arts Festival 2010, tliet solisti mill-banda tagħna tellgħu kunċert nhar il-Ħadd 4 ta’ Lulju fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia, fejn esegwew numru ta’ siltiet mużikali bl-istrument tagħhom akkumpanjati mill-pjanu. It-tliet solisti kienu Mario Galea u George Agius…

Continue reading

FESTI KBAR FIL-GŻIRA TA’ ĠORĠI

Nhar il-Ħadd li għadda, intemmu bil-kbir il-festi f’ġieħ il-Patrun u protettur tal-Għawdxin San Ġorġ Martri. Illum ser inkompli naġġornaw dan is-sit b’aktar ritratti u nagħtu ħarsa lejn l-aħħar jumejn tal-festa. Lejlet il-festa: 3 servizzi mill-banda La Stella Is-Sibt 17 ta’…

Continue reading

>>ritratti: Il-Purċissjoni

Qed nippubblikaw aktar ritratti mill-festi kbar f’ġieħ il-Patrun t’Għawdex San Ġorġ, iċċelebrati f’beltna, fil-ġranet li għaddew. Ritratti: Joe Attard

>>ritratti: Lejlet il-festa

Qed nippubblikaw aktar ritratti mill-festi kbar f’ġieħ il-Patrun t’Għawdex San Ġorġ, iċċelebrati f’beltna, fil-ġranet li għaddew. Ritratti: Joe Attard/ Anton Farrugia

IKOMPLU L-FESTI KBAR ĠORĠJANI

Ninsabu lejlet il-festa solenni tal-qaddis protettur u patrun ta’ beltna u ta’ ġensna San Ġorġ Megalomartri. Dan is-sit qed inkomplu naġġornawh b’aktar ritratti mid-dimostrazzjoni ferm grandjuża li kellna l-bieraħ fil-qalba ta’ beltna bis-sehem tal-banda dekana La Stella u l-banda Mnarja…

Continue reading

DIMOSTRAZZJONI TRIJONFALI

Id-dimostrazzjoni bl-istatwa monumentali ta’ San Ġorġ Patrun t’Għawdex, xogħol Michael Camilleri Cauchi (2008), tinsab fit-tielet sena tagħha. Din id-dimostrazzjoni mill-bidu nett tagħha kisbet popolarita’ kbira u nistgħu ngħidu li sena wara sena qed tkompli tikber. Xhieda ta’ dan huwa n-numru…

Continue reading

DIMOSTRAZZJONI GRANDJUŻA

Wara l-bidu qawwi li kellna fil-ġimgħa tal-festa, il-bieraħ assistejna għat-tieni dimostrazzjoni – din id-darba bl-istatwa ta’ San Ġorġ fuq iż-żiemel. Din id-dimostrazzjoni bħas-snin l-imgħoddija ġibdet numru kbir ta’ partitarji, kif ukoll bosta persuni u familji minn lokalitajiet differenti Għawdxin u…

Continue reading

BDEJNA BIL-KBIR!

Dħalna fil-ġimgħa tal-festa, u llum nibdew l-ewwel jum tat-tridu solenni li jwassalna għall-festa tal-kbir patrun tagħna San Ġorġ. Tajjeb li llum nagħtu ħarsa lejn il-jumejn li għaddew li għal darb’oħra taw stampa ċara ta’ dik li hi l-festa ta’ San…

Continue reading

IL-PUBBLIKAZZJONI TAL-FESTA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella matul is-sena tkun impenjata wkoll b’numru sabiħ ta’ pubblikazzjonijiet li jinkludu r-rivista uffiċjali tas-Soċjetà "ta’ l-iStilla"; il-kotba marbuta ma’ Festival Mediterranea u l-opra; u fuq kollox il-pubblikazzjonijiet marbuta mal-festa ta’ San Ġorġ. Għall-festa ta’ din is-sena…

Continue reading

“NAĦDMU BIEX DAWN IL-FESTI JKUNU FESTI INKLUSSIVI”

Messaġġ mis-Sur Paul Zammit President tas-Soċ. Filar. La Stella Għeżież Ġorġjani,   F’isem is-Soċjetà Filarmonika La Stella nagħtikom merħba għall-festi li qed norganizzaw f’ġieħ il-Kbir Martri San Ġorġ.   F’dawn il-jiem tant sbieħ ta’ festa, aħna l-Ġorġjani niltaqgħu u nifirħu…

Continue reading

NIFIRĦU LILL-KAN. ĠUŻEPPI SACCO

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tixtieq tingħaqad mal-komunita’ kollha Ġorġjana biex tifraħ lill-Kan. Ġużeppi Sacco, teologu tal-kapitlu Ġorġjan fl-okkażjoni tal-ħamsin anniversarju presbiterali tiegħu.  F’din l-okkażjoni, il-Kan. Ġużeppi Sacco, dalgħodu fil-11.00, mexxa konċelebrazzjoni solenni ta’ radd il-ħajr fil-bażilika ta’ San Ġorġ –…

Continue reading

DISA’ BANED MISTIEDNA GĦALL-FESTA

Il-festa ta’ San Ġorġ għal darb’oħra, ser terġa’ toffri spettaklu ieħor ta’ baned. Fil-fatt għall-festa ta’ din is-sena, flimkien mal-banda ewlenija ta’ beltna, ser jieħdu sehem xejn inqas minn disa’ baned, tlieta minn Malta u sitta minn Għawdex. Is-Soċjetà Filarmonika La Stella,…

Continue reading

DOUBLE ALBUM TA’ MARĊI TAS-SURMAST VELLA

Il-Professur Joseph Vella nħatar surmast direttur tal-Banda Ċittadina La Stella f’Settembru 1970. Għalhekk din is-sena qed infakkru l-erbgħin anniversarju minn din il-ħatra.  Kien għalhekk li l-Kumitat tas-Soċjeta’ ħaseb li, bħala parti mill-attivitajiet biex jiġi mfakkar dan l-avveniment, ixandar album li…

Continue reading

CD ĠDID TA’ MARĊI BRIJUŻI

"St George 2010" huwa l-isem il-ġdid tas-CD ta’ marċi brijużi maħruġ mill-banda ċittadina La Stella fl-okkażjoni tal-festi ad unur il-Patrun ta’ Għawdex San Ġorġ Megalomartri. Dan huwa t-23 CD maħruġ mill-banda dekana matul dawn l-aħħar tlettax-il sena. Is-CD jiġbor fih…

Continue reading

NIDĦLU FIX-XAHAR TAL-FESTA

Bdejna x-xahar ta’ Lulju, u allura x-xahar tal-festa tal-patrun ta’ beltna u ta’ ġensna San Ġorġ Megalomartri. Il-preparazzjonijiet għal dan l-akbar avveniment f’beltna ilhom għaddejjin ix-xhur u issa fil-ġranet li ġejjin naraw il-frott ta’ din il-ħidma. L-għaqdiet kollha fi ħdan…

Continue reading