Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: June 2010

IL-BANDA ‘LA STELLA’ FIX-XEWKIJA U N-NADUR

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-banda ċittadina La Stella kienet impenjata fi tliet okkażjonijiet fil-festi ċċelebrati fir-raħal tax-Xewkija u tan-Nadur. Propju nhar is-Sibt li għadda, wara l-impenji li l-banda kellha fil-festi tal-Munxar, l-Għasri u l-Fontana, il-banda kienet mistiedna biex tieħu…

Continue reading

ŻEWĠ SERVIZZI OĦRA FIL-FONTANA

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-banda ċittadina La Stella kienet impenjata f’żewġ servizzi oħra fl-okkażjoni tal-festa tal-Qalb ta’ Ġesu’ fir-raħal tal-Fontana – raħal li huwa marbut sew mas-Soċjeta’ tagħna. Għal sena l-banda ġiet mistiedna biex tagħti servizz lejlet il-festa u…

Continue reading

NIFIRĦU LID-DJAKNU SIMON M. CACHIA

Il-bieraħ, fil-Katidral tal-Assunta, il-belt Victoria, Għawdex, l-E.T. Mons. Mario Grech, isqof ta’ Għawdex, ta l-ordinazzjoni djakonali lis-seminarista Simon M. Cachia, mill-parroċċa ta’ San Ġorġ, flimkien ma’ ħames seminaristi oħra Għawdxin, fosthom Samuel Grech, mill-parroċċa ta’ Għajnsielem, li bħalissa qed jagħmel ħidma…

Continue reading

IRREKORDJATI L-MARĊI BRIJUŻI TAL-FESTA

Minbarra s-servizz fil-festa tas-Salvatur fl-Għasri, nhar il-Ħadd li għadda, il-banda kienet impenjata filgħodu wkoll bir-rekording tas-sett il-ġdid ta’ marċi brijużi għall-festa ta’ San Ġorġ. Dan kien ir-raba’ rekording li għamlet il-banda matul din is-sena. Fit-tliet okkażjonijiet preċedenti l-banda rrekordjat sett…

Continue reading

IS-SURMAST VELLA MILL-ĠDID F’PARIĠI

Nhar il-Ħamis 27 ta’ Mejju, il-Professur Joseph Vella kien mill-ġdid f’Pariġi fejn ġewwa l-Amphitheatre tal-Opera de Bastille reġgħu ndaqqu l-aħħar żewġ xogħlijiet tiegħu: Taleae op. 116 (għall-Kurunetta u Marimba); u Fun Fair op. 120 (għal 3 Kurunetti u 4 Timpani).…

Continue reading

IL-BANDA ĊITTADINA ‘LA STELLA’ FIL-MUNXAR

Nhar il-Ħadd 30 ta’ Mejju 2010, il-banda ċittadina La Stella fetħet l-impenji tagħha fl-istaġun tal-festi, fl-ewwel festa ċċelebrata f’Għawdex – dik ta’ San Pawl Nawfragu fil-Munxar. Il-banda bdiet dan is-servizz b’marċ qasir madwar it-toroq tar-raħal qabel il-purċissjoni li ntemm fil-pjazza…

Continue reading