Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: April 2010

MUŻIKA TAS-SURMAST VELLA F’PARIĠI

Il-ġimgħa l-oħra, is-surmast Joseph Vella kien Pariġi fejn kien mistieden biex jattendi għall-world premier ta’ żewġ kompożizzjonijiet tiegħu. Dawn huma Taleae op116, kompożizzjoni miktuba għal Trumpet u Marimba, u Fun Fair op120 xogħol miktub għal 3 Trumpets u 4 Timpani.  Dawn…

Continue reading

IRREKORDJAT L-EWWEL SETT TA’ MARĊI

Nhar il-Ħadd 25 ta’ April, il-banda ċittadina La Stella rrekordjat l-ewwel sett ta’ marċi brijużi mill-pinna tas-surmast direttur tagħha: il-Professur Joseph Vella. Kif konna semmejna aktar kmieni fuq dan is-sit, fl-okkażjoni tal-erbgħin anniversarju minn meta l-Prof. Vella laħaq surmast direttur…

Continue reading

IL-KAMPJONAT LURA F’BELTNA

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tixtieq tifraħ lit-tim ta’ Victoria Hotspurs għar-rebħ tal-ħdax-il kampjonat tal-ogħla diviżjoni Għawdxija. Proprju nhar il-Ħadd li għadda, fl-aħħar logħba tal-kampjonat Victoria Hotspurs ħadu l-punt li kellhom bżonn kontra l-eqreb rivali tagħhom Għajnsielem FC biex hekk rebħu…

Continue reading

IĊĊELEBRAT JUM SAN ĠORĠ

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella fakkret Jum San Ġorġ, nhar il-Ġimgħa 23 ta’ April b’dimostrazzjoni mill-isbaħ bl-istatwa ta’ San Ġorġ Patrun ta’ Għawdex. Matul din id-dimostrazzjoni li bdiet fi Pjazza San Ġorġ u ntemmet fost il-briju tal-partitarji Ġorġjani quddiem il-każin La…

Continue reading

IL-ĠIMGĦA TAL-FESTA

Ninsabu ftit tal-jiem ‘il bogħod mill-festa liturġika tal-Patrun u Protettur ta’ beltna u ta’ gżiritna San Ġorġ Martri. Għalkemm il-festa ta’ April hija mifruxa fuq perjodu ferm inqas minn dik ta’ Lulju, il-festa liturġika xorta tibqa’ waħda għażiża għall-poplu Ġorġjan u…

Continue reading

MERĦBA LILL-PAPA BENEDITTU XVI F’MALTA

Hekk kif ninsabu ftit tas-sigħat ‘il bogħod mill-bidu taż-żjara appostolika tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI f’pajjiżna, is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tixtieq tingħaqad mal-bqija tal-poplu Malti u Għawdxi biex tagħtih merħba. Il-Papa qed iżur pajjiżna fl-okkażjoni tal-1950 anniversarju mill-miġja ta’ San…

Continue reading

ĠIMGĦA ‘L BOGĦOD MILL-FESTA TAL-PATRUN

Ninsabu ġimgħa biss ‘il bogħod mill-festa liturġika ta’ San Ġorġ Martri, Patrun ta’ Għawdex u ta’ beltna. Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella għaddejja bl-aħħar preparamenti għal dan l-appuntament tant u tant importanti fil-kalendarju tas-Soċjeta’ u tal-bażilika proto-parrokkjali ta’ beltna. Fil-ġranet li…

Continue reading

IL-GANDLIERI TAL-BAŻILIKA FUQ L-ARTAL TA’ BENEDITTU XVI

Is-sett ta’ gandlieri tal-fidda, propjetà tal-bażilika ta’ San Ġorġ, ġie magħżul biex jintrama fuq l-altar papali li fuqu l-Q.T. Benedittu XVI sa jippresiedi l-konċelebrazzjoni pontifikali ta’ nhar il-Ħadd 18 ta’ April 2010, fuq il-Fosos tal-Furjana, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu lill-gżejjer…

Continue reading

TLIET REKORDINGS FIX-XAHREJN LI ĠEJJIN

Il-banda ċittadina La Stella, wara l-impenji numerużi li kellha fil-ġimgħa Mqaddsa, kompliet għaddejja bil-preparazzjoni tagħha għall-impenji li jmiss. Minbarra s-servizz li l-banda għandha fil-jum liturġiku ta’ San Ġorġ Martri, il-banda qed tkompli tħejji ruħha għar-rekording tal-marċi brijużi tal-festa. Is-sett tal-festa…

Continue reading

VALZI U AKTAR VALZI F’JUM L-GĦID IL-KBIR

Il-bieraħ, il-knisja kattolika ċċelebrat l-akbar festa fil-kalendarju liturġiku: dik tal-qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Fi gżiritna saru numru kbir ta’ purċissjonijiet li fakkru din ir-rebħa fuq il-mewt ta’ Kristu. F’beltna wkoll, mill-bażilika ta’ San Ġorġ, fil-qalba tal-belt saret dimostrazzjoni…

Continue reading

IL-PURĊISSJONI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA F’BELTNA

Il-bieraħ, il-knisja kattolika fakkret il-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, fejn f’pajjiżna f’bosta lokalitajiet saru diversi purċissjonijiet li jfakkru dawn il-mumenti fil-ħajja ta’ Ġesu’. F’beltna, il-purċissjoni li ħarġet mill-bażilika ta’ San Ġorġ: l-eqdem purċissjoni fi gżiritna, ġibdet folol kbar ta’…

Continue reading

IL-ĠIMGĦA L-KBIRA FIL-BELT VICTORIA

Illum id-dinja kattolika tfakkar il-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. F’pajjiżna, f’numru kbir ta’ lokalitajiet isiru purċissjonijiet li jfakkru l-passjoni ta’ Kristu. F’beltna wkoll, illum wara nofsinhar toħroġ il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, purċissjoni mill-aktar antika u devota li toħroġ mill-bażilika…

Continue reading