Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: March 2010

ELEGY 2: MARĊI FUNEBRI TAS-SURMAST VELLA

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie mniedi double album ta’ marċi funebri mis-surmast direttur tal-banda ċittadina La Stella: il-Professur Joseph Vella. Dan id-double album li jġib l-isem ta’ Elegy 2 huwa t-tieni ġabra ta’ marċi funebri mill-pinna tal-istess surmast, li…

Continue reading

L-EWWEL SERVIZZ FIL-ĠIMGĦA MQADDSA

Nhar is-Sibt li għadda l-banda bdiet bl-impenji tagħha marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa, propju b’kunċert ta’ mużika sagra fil-bażilika ta’ San Ġorġ. Għal dan il-kunċert, il-banda li kienet taħt id-direzzjoni tas-surmast Joseph Vella esegwiet numru ta’ kompożizzjonijiet reliġjużi li varjaw minn marċi…

Continue reading

ILLEJLA KUNĊERT TA’ MUŻIKA SAGRA FIL-BAŻILIKA

Illejla, il-banda ċittadina La Stella ser tibda l-impenji tagħha marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa. Minbarra li dan ser ikun l-ewwel servizz marbut ma’ dawn il-festi tant importanti għall-knisja kattolika, dan huwa wkoll l-ewwel servizz tal-banda għal din is-sena. F’dan il-kunċert li jsir…

Continue reading

WIRJA TA’ VARI U MEJDA TAL-APPOSTLI

Ilbieraħ, il-Ħamis, 25 ta’ Marzu, fis-6.00pm, fis-sular ta’ isfel tal-istazzjon tar-radju Leħen il-Belt Victoria, fi Pjazza San Ġorġ, Għawdex, ġiet inawgurata wirja mill-aktar interessanti u artistika għall-Ġimgħa Mqaddsa mis-sindku tal-belt Victoria, Dr Samuel Azzopardi, u mbierka mill-arċipriet tal-bażilika ta’ San…

Continue reading

IL-BANDA ‘LA STELLA’ FIL-ĠIMGĦA MQADDSA

Hekk kif ninsabu dejjem aktar resqin lejn l-aktar ġimgħa importanti fil-kalendarju liturġiku, il-banda ċittadina La Stella qed tħejji ruħha għall-impenji li għandha marbuta ma’ dawn il-festi. Fil-fatt b’kollox huma erbgħa s-servizzi li għandha l-banda tagħna fi żmien ġimgħa. L-ewwel servizz huwa…

Continue reading

ŻEWĠ PROĠETTI LI QED JIRNEXXU TASSEW

L-attività fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella, kompliet għaddejja b’ritmu tajjeb, hekk kif matul il-ġimgħat li għaddew tmexxa l-proċess biex ġie ffurmat il-kumitat ġenerali li ser imexxi lis-Soċjetà matul is-sena li ġejja. Kull fergħa fi ħdan is-Soċjetà kompliet għaddejja bix-xogħol…

Continue reading

‘UNA LACRIMA’: CD ĠDID TA’ MARĊI FUNEBRI

Is-Soċ. Filar. La Stella tixtieq tħabbar li s-sett il-ġdid ta’ marċi funebri li ġie rrekordjat ftit tal-ġimgħat ilu, issa jinsab għall-bejgħ mit-Teatru Astra. Is-CD il-ġdid li jġib l-isem Una Lacrima huwa t-22 CD maħruġ mill-banda ċittadina La Stella. Dan is-sett…

Continue reading

IFFURMAT IL-KUMITAT ĠENERALI 2010/11

Wara li nhar il-Ħadd li għadda, Paul Zammit ġie elett bħala l-President tas-Soċjeta’, il-bieraħ saret l-ewwel laqgħa tal-kumitat ġenerali tas-Soċjeta’, fejn kompla l-proċess biex ġie ffurmat il-kumitat kollu li ser iservi fit-tmexxija tas-Soċjeta’ minn issa sa Marzu 2011. Għal din…

Continue reading

PAUL ZAMMIT ELETT PRESIDENT TAS-SOĊJETA’

Wara li nhar il-Ħadd li għadda l-bandisti vvutaw għall-membri tal-kumitat ġenerali l-ġdid, dalgħodu l-istess bandisti residenti reġgħu ġew imsejħa biex din id-darba jivvutaw għall-President tas-Soċjetà.   F’din l-elezzjoni s-Sur Paul Zammit ġie elett bħala President. Is-Sur Zammit ilu għal diversi…

Continue reading

MUŻIKA TAS-SURMAST JOSEPH VELLA FL-EWROPA

Illum il-ġurnata is-surmast Joseph Vella jgawdi l-fama ta’ kompożitur stabilit internazzjonalment. Dan jixhdu l-fatt li per eżempju s-sena l-oħra biss, il-kompożizzjonijiet tiegħu ġew esegwiti ġewwa l-Finlandja, l-Isvezja, id-Danimarka, l-Ingilterra, l-Italja, iċ-Ċina (Shangai), Corsica, u r-Russja. Nhar il-Ħadd,  28 ta Frar,…

Continue reading