Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: February 2010

ELETT IL-KUMITAT ĠENERALI 2010/11

Il-kummissjoni elettorali tixtieq tħabbar il-membri eletti fil-kumitat ġenerali tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella għas-sena 2010/11.  Dawn huma: Apap George Attard Ino Borg Francis J Borg George Camilleri Josef Cassar Dolindo Cini Aaron Cini George Cini Paul Cini Silvio Farrugia Joseph Formosa…

Continue reading

39 KANDIDAT GĦALL-ELEZZJONI TAL-KUMITAT ĠENERALI

Wara li nhar il-Ħadd li għadda saret il-Laqgħa Ġenerali tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella u ġiet fi tmiemha sena ta’ ħidma mill-kumitat ġenerali u s-sotto kumitati kollha tas-Soċjeta’; għada jmiss li ssir l-elezzjoni biex jiġi eletti l-membri tal-kumitat ġenerali għas-sena 2010/11.…

Continue reading

ĦARĠA NUMRU 29 TAR-RIVISTA

Fi tmiem il-ġimgħa, ġiet ippubblikata r-rivista uffiċċjali tas-Soċjetà tagħna: “ta’ l-iStilla” – ħarġa numru 29. Din l-ewwel pubblikazzjoni għas-sena 2010, qed tagħti ħarsa lejn dak li għaddejna minnu matul is-sena 2009. L-artiklu ewlieni huwa messaġġ mill-President tas-Soċjeta’: Dr Joseph Grech.…

Continue reading

INKOMPLU NIBNU FUQ IS-SUĊĊESSI LI KSIBNA

Messaġġ mill-President tas-Soċ. Filar. La Stella Dr Joseph Grech   Għeżież partitarji tal-Istilla,   Inħoss li wara erba’ snin ta’ ħidma bħala President fi ħdan il-kumitat ħabrieki tas-Soċjetà maħbuba tagħna, jkun tajjeb li wieħed iħares lura u jagħmel analiżi reali…

Continue reading

WARA L-LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI

Wara li l-bieraħ saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà, ġie deċiż li l-elezzjoni għall-kumitat ġenerali tas-Soċ. Filar. La Stella ssir nhar il-Ħadd 28 ta’ Frar 2010, filgħodu. Għal din l-elezzjoni huma eleġibbli li jivvutaw il-bandisti residenti tas-Soċjetà La Stella. Fil-fatt fi…

Continue reading

NHAR IL-ĦADD IL-LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI

Nhar il-Ħadd 21 ta’ Frar, ser tinżamm il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella. Din il-laqgħa ġġib fi tmiemha sena sħiħa ta’ ħidma mill-kumitat ġenerali, is-sotto-kumitati u s-sezzjonijiet kollha fi ħdan l-istess Soċjeta’. Fil-fatt f’din il-laqgħa jingħata rendikont tal-ħidma kollha…

Continue reading

ĦALLIENA L-KAN. ĠWANN SCICLUNA

Illum, il-Ġimgħa 12 ta’ Frar 2010 tħabbret il-mewt ta’ saċerdot mill-aktar maħbub fil-parroċċa tagħna: il-Kan. Ġwann Scicluna. Huwa miet dalgħodu fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex.  Dun Ġwann, kif ilkoll konna nafuh ġie ordnat saċerdot fil-15 ta’ April 1956. Għal numru twil…

Continue reading

NIFIRĦU LIL MONS. JIMMY XERRI

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tixtieq tingħaqad mal-komunita’ kollha tal-parroċċa ta’ San Ġorġ biex tifraħ lil wieħed minn uliedha: Mons Jimmy Xerri, li għadu kif ġie appuntat mill-Isqof Mario Grech bħala l-arċipriet il-ġdid tal-parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl fin-Nadur.  Mons…

Continue reading

IRREKORDJAT IS-SETT IL-ĠDID TA’ MARĊI FUNEBRI

Nhar il-Ħadd li għadda, il-banda ċittadina La Stella taħt id-direzzjoni tas-surmast il-Prof Joseph Vella, irrekordjat is-sett il-ġdid ta’ marċi funebri li ser jindaqqu matul il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tal-belt Victoria li toħroġ mill-bażilika ta’ San Ġorġ Martri. Dan kien l-ewwel impenn…

Continue reading