Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: December 2009

L-ASTRA FOLK GROUP F’MALTA

Il-grupp folkloristiku tas-Soċ. Filar. La Stella, l-Astra Folk Group, kellu suċċess ieħor fil-kullana ta suċċessi  li kellu mutul din is-sena, meta nhar is-Sibt 12 ta’ Dicembru 2009, ta show spettakulari fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta, fl-okkazzjoni tal-inawgurazzjoni tal-istess pjazza li…

Continue reading

DIN IL-ĠIMGĦA…

Hekk kif kull ma jmur qed noqorbu aktar lejn il-qofol tal-istaġun tal-Milied, il-każin tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, li huwa t-tielet dar, wara dik privata u dik li hi l-parroċċa ta’ San Ġorġ, ta’ ħafna u ħafna żgħażagħ li jiffrekwentawh ta’…

Continue reading

FESTA TAL-ISTILLA

Il-banda ċittadina u dekana La Stella temmet l-impenji ferm numerużi tagħha għas-sena 2009, b’żewġ servizzi marbuta mal-festa mill-aktar għażiża għall-partitarji tas-Soċjeta’ u l-Ġorġjani, il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Bħal kull sena l-banda ħadet sehem fid-dimostrazzjoni bl-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni (xogħol Pawlu Aquilina, 2002)…

Continue reading

L-IMMAKULATA – STILLA FI STILLA

Il-lum tilħaq il-qofol tagħha l-festa ta’ l-Immakulata fil-Belt Victoria.    Wara li l-bieraħ il-Banda Ċittadina la Stella mexxiet il-marċ tradizzjonali ta’ lejliet il-festa li ntemm bit-tlugħ tax-xbiha tagħha fuq pedestal għoli u dehbi fi Pjazza San Franġisk, il-lum l-istess banda…

Continue reading

IL-FESTA TAL-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI

L-aktar festa popolari xitwija li tiġi ċċelebrata fil-Belt Victoria hija l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni li tiġi organizzata mill-patrijiet Franġiskani Konventwali tar-Rabat t’Għawdex u li ilha tiġi ċċelebrata għal bosta snin. Din il-komunità tal-patrijiet kellha l-kunvent tagħha f’dawn l-inħawi ċentrali tal-belt Għawdxija sa…

Continue reading

L-AĦĦAR IMPENJI GĦAS-SENA 2009

Hekk kif il-ġimgħa li għaddiet il-banda ġiet mistiedna takkumpaja l-purċissjoni ta’ Sant’ Indrija fir-raħal tal-Fontana, nhar it-Tnejn u t-Tlieta li ġejjin il-banda tkun impenjata fl-aħħar żewġ servizzi għas-sena 2009: żewġ servizzi marbuta mal-festa ta’ Ommna Marija Immakulata – festa għal qalb…

Continue reading

SUĊĊESS GĦAL GEORGE APAP F’DAMASKU

George Apap, membru tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u wieħed mill-klarinettisti solisti tagħha, kien wieħed mir-rappreżentanti ta’ Malta fit-Tmintax-il Inkontru tal-Iskejjel tal-Mużika fil-pajjiżi ta’ madwar il-Mediterran.  George esegwixxa xogħlijiet tal-kompożitur Brittaniku Gerald Finzi u tal-Professur Joseph Vella. Kien il-Prof. Vella infatti li għażel lil…

Continue reading

Nofs verità agħar minn gidba (3)

F’L-Orizzont tas-16 ta’ Settembru 2009, taħt l-isem Biex tiskonġra trid tkun pur, u fil-ħarġa tal-istess gazzetta tat-13 ta’ Ottubru 2009, taħt l-isem Il-fundatur tal-banda La Stella ta’ Għawdex, is-Sur Anton F. Attard BA(Ġen) ried jagħtina tagħrif fuq il-perit Pietru Attard. Is-Sur…

Continue reading