Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: November 2009

JINGLE BALLS: THE ZOO CHRISTMAS SHOW

Wara li fix-xahar t’Ottubru ngħata bidu għall-istaġun teatrali biż-żewġ rappreżentazzjonijiet tal-opra lirika Rigoletto, u aktar tard bl-ispettaklu taż-żfin Unforgettable, ix-xahar ta’ Diċembru ser iġib miegħu aktar produzzjonijiet teatrali li għandhom ikomplu jiġbdu udjenzi kbar lejn it-Teatru Astra.  Fuq stedina tas-Soċ.…

Continue reading

DUN FELIĊ “MONSINJUR”

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella trid tkun l-ewwel waħda li tifraħ lill-Kan. Felix Tabone, vigarju parrokkjali ta’ San Ġorġ, fil-ħatra tiegħu bħala Cappellano di Sua Santità bit-titlu ta’ Monsinjur. Id-digriet tal-ħatra ngħata lill-Kan. Tabone waqt ċerimonja li nżammet dal-għodu fil-kurja veskovili ta’…

Continue reading

NIRRIKONOXXU L-ĦIDMA TA’ BANDISTI U MEMBRI TAL-KUMITAT

Hekk kif nhar is-Sibt li għadda fl-għeluq ta’ Festival Mediterranea l-banda dekana tellgħet programm mużikali eċċezzjonali, il-kumitat ċentrali ħaseb biex f’din l-istess okkażjoni jonora tmien bandisti u membri fil-kumitat għall-ħidma kbira tagħhom b’risq is-Soċ. Filar. La Stella.  Fil-fatt qabel l-esekuzzjoni tal-kompożizzjoni…

Continue reading

GĦADA L-KUNĊERT ANNWALI TANT MISTENNI

L-Overture 1812 tal-kompożitur Russu Peter Ilych Tchaikovsky flimkien mal-kompożizzjoni tiegħu Marcia Slava se jkunu l-attrazzjonijiet ewlenin fil-kunċert annwali tal-Banda Filarmonika La Stella (imwaqqfa fl-1863), li se jsir fit-Teatru Astra għada 21 ta’ Novembru. Il-kunċert jinkludi selezzjoni wiesa’ ta’ xogħlijiet mużikali…

Continue reading

IL-KUNĊERT ANNWALI FUQ L-GĦATBA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tal-belt Victoria bħalissa għaddejja bl-aħħar tħejjijiet għal wieħed mill-avvenimenti ewlenin tas-sena: il-Kunċert Sinfoniku Annwali tagħha.  Dan il-kunċert, nhar is-Sibt li ġej, 21 ta’ Novembru 2009, fis-7.30pm, jagħlaq bil-kbir it-tmien edizzjoni ta’ Festival Mediterranea, li inkludiet fost…

Continue reading

UNFORGETTABLE… SERATA LI MA TINTESIEX

L-awditorju tat-Teatru Astra imtela sa ruħ ommu bl-aktar udjenza mżewqa li ra Festival Mediterranea fl-edizzjoni ta’ din is-sena, meta nhar is-Sibt li għadda, 14 ta’ Novembru 2009, fis-7.30pm, ittellgħet is-serata Unforgettable: A tribute to great artists, bi produzzjoni tas-Centre Stage…

Continue reading

ĦALLIENA L-BANDIST ĠORĠ “TA’ KATERINA”

Illum it-Tnejn, 9 ta’ Novembru 2009, waslet l-aħbar mill-Kanada li Ġorġ Grech, bandist mill-iprem tal-Banda Ċittadina La Stella, ħalliena. Miet fi sptar, f’Toronto, fejn għex għal dawn l-aħħar 35 sena. Kmieni fil-għodu kienet daqqet l-agunija mill-bażilika ta’ San Ġorġ u, ftit wara,…

Continue reading