Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: October 2009

ILLEJLA T-TIENI ‘RIGOLETTO’

Wara s-suċċess kbir fl-ewwel rappreżentazzjoni tal-opra Rigoletto nhar il-Ħamis li għadda, kollox jinsab lest biex illejla tittella’ t-tieni rappreżentazzjoni tal-istess opra fit-Teatru Astra. Għall-opra tal-lejla għal darb’oħra t-teatru ser ikun ippakkjat. Fil-fatt kif kien mistenni l-aħħar ftit biljetti nbiegħu kollha…

Continue reading

IL-PROGRAMM MUŻIKALI ANNWALI FIL-21 TA’ NOVEMBRU

Hekk kif il-bieraħ ingħata bidu għat-tmien edizzjoni ta’ Festival Mediterranea, il-banda ċittadina La Stella għaddejja bil-preparazzjoni tagħha għall-programm mużikali annwali. Fil-fatt ninsabu ftit inqas minn xahar ‘il bogħod, u llum fuq dan is-sit ser inħabbru l-programm uffiċjali li ser jindaqq…

Continue reading

IL-WIRT STORIKU F’FESTIVAL MEDITERRANEA 2009

L-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Festival Mediterranea qed terġa’ twassal diversi attivitajiet popolari b’rabta mal-wirt storiku Malti, immexxija minn Dr David Trump. L-attivitajiet jinkludu żjarat esklussivi fl-Ipoġew. B’kollox huma ppjanati erba’ żjarat, nhar l-Erbgħa 4 ta’ Novembru fid-9.00am u fl-10.00am,…

Continue reading

JIFTAĦ FESTIVAL MEDITERRANEA 2009

Illum ser jingħata bidu għat-tmien edizzjoni ta’ Festival Mediterranea – festival kulturali mtella’ mis-Soċ. Filar. La Stella. Il-festival ser jiftaħ b’kunċert mill-organista Ingliż Richard Vendome, fl-Aula Mons. Giuseppe Farrugia, fit-8.00pm. Għada mbagħad ikun imiss żewġ kunċerti oħra: wieħed f’nofsinhar minn…

Continue reading

RIGOLETTO: BILJETTI MRAĦĦSA GĦALL-ISTUDENTI

Studenti li għandhom 25 sena jew inqas jistgħu jgawdu minn offerta speċjali ta’ prezzijiet imraħħsa ferm għall-istudenti, li qed tiġi offruta mit-Teatru Astra għall-produzzjoni tal-opra Rigoletto li se ssir fl-istess teatru nhar il-Ħamis 29 u s-Sibt 31 t’Ottubru 2009.  …

Continue reading

JITTELLA’ GĦAT-TMIEN SENA FESTIVAL MEDITERRANEA

Għat-tmien sena konsekuttiva, It-Teatru Astra f’Għawdex se jtella’ edizzjoni oħra tal-Festival Mediterranea – ġimgħatejn mimlija arti, kultura, żfin, storja, arkeoloġija, snajja lokali, ikel, inbid u fuq kollox opra tal-ogħla livell. Bl-akbar attività matul dan il-festival hi bla dubju l-opra Rigoletto…

Continue reading

XOGĦOL TA’ MANUTENZJONI FIL-KAŻIN U T-TEATRU

Hekk kif bħalissa ninsabu kkonċentrati f’ħidma kontinwa li għandha twassalna għall-ftuħ tat-tmien edizzjoni ta’ Festival Mediterranea, fil-każin La Stella, kif ukoll fit-Teatru Astra li jifforma parti mill-istess kumpless għaddej xogħol ta’ manutenzjoni li għandu jitlesta qabel l-ewwel rappreżentazzjoni tal-opra Rigoletto. …

Continue reading