Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: July 2009

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella, organizzatriċi tal-festi esterni ad unur il-Patrun tal-Belt Victoria, San Ġorġ Martri, tixtieq tirringrazzja lil dawk kollha li attendew kif ukoll lil dawk kollha li ħadmu biex il-festi ad unur San Ġorġ fil-Belt Victoria kienu suċċess.  …

Continue reading

IL-BANDA LA STELLA FIL-FESTA TA’ SANTA MARGERITA

Wara n-numru twil ta’ impenji marbuta mal-festi ta’ San Ġorġ iċċelebrati fil-belt Victoria, il-banda ċittadina La Stella kompliet bis-servizzi tagħha fil-festi f’Għawdex. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kien imiss ir-raħal ta’ Sannat, raħal ieħor marbut sew mas-Soċjeta’ tagħna, li jiċċelebra…

Continue reading

IL-FESTA TAL-GĦAWDXIN

Il-festi tant mistennija f’ġieħ il-Kbir Martri San Ġorġ għaddew, iżda l-memorji ta’ festa oħra ferm grandjuża għadhom hemm u jibqgħu. Il-festi laħqu l-qofol tagħhom il-ġimgħa li għaddiet, għalkemm irridu nfakkru li l-programm tal-festa kien ilu żmien sew li fetaħ bit-tnax-il…

Continue reading

NIFIRĦU MAL-KAPITLU ĠORĠJAN

Is-Soċ. Filar. La Stella tixtieq tingħaqad mal-komunita’ kollha Ġorġjana biex tifraħ lill-membri tal-kapitlu tal-kolleġġjata Ġorġjana għall-ħatriet ġodda tagħhom fi ħdan l-istess kapitlu. Fit-tielet jum tat-Tridu solenni fl-okkażjoni tal-festi ad unur  San Ġorġ Martri patrun u protettur tal-gżira Għawdxija, u fil-preżenza tad-dekan…

Continue reading

SPETTAKULARI

Illum ser inkomplu nwasslulkom aktar aġġornamenti marbuta mal-festa ta’ San Ġorġ iċċelebrata f’Għawdex matul il-ġimgħa li għaddiet. Imiss li nagħtu ħarsa lejn jum il-festa, il-Ħadd 19 ta’ Lulju; ġurnata oħra mimlija attvitajiet, funzjonijiet liturġiċi, marċi brijużi u fuq kollox il-purċissjoni…

Continue reading

MARĊI, BRIJU U FOLOL KBAR

Hekk kif il-bieraħ temmejna bil-kbir il-festi popolari f’ġieħ San Ġorġ Martri, patrun tal-belt Victoria u protettur tal-Għawdxin, illum ser inkomplu fejn ħallejna nhar is-Sibt li għadda b’aktar aġġornamenti. Illum ser nagħtu ħarsa lejn dak kollu li ġara lejlet il-festa, minn…

Continue reading

DIMOSTRAZZJONI OĦRA GRANDJUŻA

Il-bieraħ komplew il-festi kbar f’beltna f’ġieħ il-kbir patrun tagħna San Ġorġ, fejn mat-tmiem tat-tridu solenni saret ir-raba’ dimostrazzjoni din id-darba bl-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ, l-ewwel statwa għall-festi esterni f’Għawdex. Bħall-ġranet  l-oħra kollha tal-festa, din id-dimostrazzjoni ġibdet folol kbar lejn…

Continue reading

M’HEMMX PARAGUNI!

Il-festa ta’ San Ġorġ minn dejjem kienet u tibqa’ festa eżemplari, festa unika fl-istil tagħha, festa mill-aktar dinjituża, festa li ċ-ċentru tagħha jibqa’ dejjem il-qaddis patrun u protettur tal-Għawdxin. Diffiċli toħloq paraguni, anzi ma tistax, meta tara b’mod partikulari l-marċ…

Continue reading

IKOMPLU Ċ-ĊELEBRAZZJONIJIET ĠORĠJANI

Il-bieraħ l-Erbgħa 15 ta’ Lulju, l-ewwel jum tat-tridu, komplew bil-kbir il-festi esterni organizzati mis-Soċ. Filar. La Stella, bit-tieni dimostrazzjoni, bl-istatwa ta’ San Ġorġ fuq iż-żiemel. Din id-dimostrazzjoni mill-aktar popolari bdiet fi Pjazza San Franġisk u ntemmet fi Pjazza San Ġorġ…

Continue reading

“INSELLMULEK ĠORĠI TAGĦNA”

Bid-daqq tal-innu La Stella u l-innu popolari Lill-Kbir Martri San Ġorġ, il-banda dekana fetħet l-impenji marbuta mal-festa tal-patrun ta’ beltna San Ġorġ, b’marċ brijuż minn quddiem il-knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb u intemm fi pjazza San Ġorġ – marċ li wassal għall-ħruġ…

Continue reading

BIDU QAWWI

Il-bieraħ tajna bidu għall-ġimgħa prinċipali tal-festa u dan nistgħu ngħidu li għamilnieh bil-kbir meta wieħed jara l-attendenzi kbar li kien hemm fiż-żewġ avvenimenti tal-bieraħ filgħaxija: il-kunċert vokali u strumentali fil-bażilika u t-tiġrijiet tradizzjonali tal-bhejjem fi Triq ir-Repubblika. Kull min attenda…

Continue reading

NIDĦLU FIL-ĠIMGĦA TAL-FESTA

Hekk kif il-bieraħ ġiet fi tmiemha n-novena ta’ San Ġorġ, dħalna issa fl-aħħar ġimgħa tal-festa u mil-lejla stess nagħtu bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet esterni bit-tiġrijiet tradizzjonali taż-żwiemel fi triq ir-Repubblika. Illejla wkoll jiġi fi tmiemu t-tnax-il edizzjoni tal-Victoria International Arts Festival organizzat…

Continue reading

BANED, MARĊI U BRIJU

Festa ta’ baned, marċi u briju – Iva, il-festi kbar f’ġieħ il-kbir Megalomartri San Ġorġ iċċelebrati fil-jiem li ġejjin fil-belt Victoria huma wkoll ikkaratterizzati minn numru kbir ta’ baned mistiedna li flimkien mal-banda dekana La Stella jsemmgħulna marċi mill-aqwa li…

Continue reading

IL-LIBSA TAL-FESTA

Fergħa oħra mill-aktar ħabrieka fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella hija l-Għaqda tal-armar tal-festa – fergħa li sena wara sena tibqa’ dejjem tissorpredina bl-ammont u bil-kwalità ta’ armar li jiżżanżan għall-festa ta’ beltna – armar mill-isbaħ li jlibbes lil beltna…

Continue reading

SETT ĠDID TA’ MARĊI BRIJUŻI

Fl-okkażjoni tal-festi f’ġieħ il-patrun ta’ beltna San Ġorġ Martri, is-Soċjetà Filarmonika La Stella, matul il-ġimgħa li għaddiet ħarġet is-CD il-ġdid ta’ marċi brijużi. Dan is-CD (Vol. 21) li jġib l-isem Protettur ta’ Beltna jiġbor fih xejn inqas minn tnax-il marċ…

Continue reading

LULJU: IX-XAHAR TA’ SAN ĠORĠ

Bdejna x-xahar ta’ Lulju – xahar li bla ebda dubju fil-gżira tagħna huwa marbut mal-festi kbar ad unur il-protettur tal-Għawdxin San Ġorġ Megalomartri. Ninsabu ftit jiem ‘il bogħod mill-ġimgħa prinċipali tal-festa. Il-festi fetħu b’mod uffiċjali fl-10 ta’ Ġunju, mal-bidu tal-Victoria…

Continue reading