Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: March 2009

L-OPRA ‘RIGOLETTO’ F’OTTUBRU FIT-TEATRU ASTRA

Kienet l-opra Rigoletto ta’ Giuseppe Verdi li fetħet it-triq għal 25 opra lirika li ttellgħu fit-teatru Astra f’dawn l-aħħar wieħed u tletin sena. Din is-sena l-amministrazzjoni tas-Soċjeta’ La Stella flimkien mal-kumitat responsabbli minn Festival Mediterranea għażlu għal darb’oħra li jtellgħu…

Continue reading

L-OPRA ‘TURANDOT’ FUQ IL CORRIERE DEL TEATRO

Hekk kif bħalissa jinsabu għaddejjin l-aħħar tħejjijiet qabel jitħabbar uffiċjalment il-programm tat-tmien edizzjoni ta’ Festival Mediterranea, is-suċċess grandjuż li ntlaħaq is-sena li għaddiet bil-produzzjoni tal-opra Turandot, għadu fuq fomm kulħadd.  Il-magazine Taljan Corriere Del Teatro fl-ewwel ħarġa tiegħu għas-sena 2009,…

Continue reading

IL-BANDA LA STELLA FIL-ĠIMGĦA MQADDSA

Ninsabu fi żmien ir-Randan, resqin dejjem aktar lejn l-aktar ġimgħa sinifikanti fil-kalendarju tal-knisja kattolika – il-Ġimgħa Mqaddsa. Bħalma jsir ta’ kull sena, il-banda ċittadina La Stella ukoll ser tagħti s-sehem tagħha f’dawn il-festi. Fil-fatt tul il-Ġimgħa Mqaddsa, il-banda ser tkun…

Continue reading

MAĦTURA L-OGĦLA UFFIĊĊJALI TAL-KUMITAT ĠENERALI

Fl-ewwel seduta tal-kumitat ġenerali li ġie elett fl-1 ta’ Marzu, ġew maħtura l-ogħla uffiċċjali tas-Soċjeta’. Fit-8 ta’ Marzu fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ president tas-Soċjeta’, Dr Joseph Grech ġie kkonfermat president, u għalhekk fis-seduta li saret nhar is-Sibt 14 ta’ Marzu, ġew magħrufa l-uffiċċjali…

Continue reading

DR JOSEPH GRECH KONFERMAT PRESIDENT

Illum waslu fi tmiemhom l-elezzjonijiet għall-kumitat ġenerali l-ġdid tas-Soċjeta’, bl-elezzjoni għall-ħatra ta’ president. Din l-elezzjoni ġiet kontestata minn kandidat wieħed: Dr Joseph Grech, li għal dawn l-aħħar sentejn okkupa din l-istess kariga. Huwa reġa’ ġie kkonfermat president tas-Soċjeta’ Filarmonika La…

Continue reading

NOMINA WAĦDA GĦALL-KARIGA TA’ PRESIDENT

Il-Kummissjoni Elettorali f’komunikat uffiċjali għarrfet lill-bandisti li huma eliġibbli li jivvutaw fl-elezzjoni għall-kariga ta’ president tas-Soċ. Filar. La Stella, li rċeviet nomina waħda biss minn fost dawk eletti l-ġimgħa li għaddiet fil-kumitat ġenerali: dik ta’ Dr. Joseph Grech li skont…

Continue reading

ELETT IL-KUMITAT ĠENERALI TAS-SOĊJETÀ

Nhar il-Ħadd l-1 ta’ Marzu, il-bandisti tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, ivvutaw għall-membri tal-kumitat ġenerali ġdid tas-Soċjetà. L-elezzjoni seħħet fi tmiem kunċert li sar bi preparazzjoni għas-servizzi li għandha l-banda għall-Ġimgħa Mqaddsa. Sittin bandist, ilkoll bandisti residenti kienu eleġibbli li jivvotaw. B’kollox…

Continue reading