Join Us On:

News Archive

Yearly Archives: 2009

L-ASTRA FOLK GROUP F’MALTA

Il-grupp folkloristiku tas-Soċ. Filar. La Stella, l-Astra Folk Group, kellu suċċess ieħor fil-kullana ta suċċessi  li kellu mutul din is-sena, meta nhar is-Sibt 12 ta’ Dicembru 2009, ta show spettakulari fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta, fl-okkazzjoni tal-inawgurazzjoni tal-istess pjazza li…

Continue reading

DIN IL-ĠIMGĦA…

Hekk kif kull ma jmur qed noqorbu aktar lejn il-qofol tal-istaġun tal-Milied, il-każin tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, li huwa t-tielet dar, wara dik privata u dik li hi l-parroċċa ta’ San Ġorġ, ta’ ħafna u ħafna żgħażagħ li jiffrekwentawh ta’…

Continue reading

FESTA TAL-ISTILLA

Il-banda ċittadina u dekana La Stella temmet l-impenji ferm numerużi tagħha għas-sena 2009, b’żewġ servizzi marbuta mal-festa mill-aktar għażiża għall-partitarji tas-Soċjeta’ u l-Ġorġjani, il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Bħal kull sena l-banda ħadet sehem fid-dimostrazzjoni bl-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni (xogħol Pawlu Aquilina, 2002)…

Continue reading

L-IMMAKULATA – STILLA FI STILLA

Il-lum tilħaq il-qofol tagħha l-festa ta’ l-Immakulata fil-Belt Victoria.    Wara li l-bieraħ il-Banda Ċittadina la Stella mexxiet il-marċ tradizzjonali ta’ lejliet il-festa li ntemm bit-tlugħ tax-xbiha tagħha fuq pedestal għoli u dehbi fi Pjazza San Franġisk, il-lum l-istess banda…

Continue reading

IL-FESTA TAL-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI

L-aktar festa popolari xitwija li tiġi ċċelebrata fil-Belt Victoria hija l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni li tiġi organizzata mill-patrijiet Franġiskani Konventwali tar-Rabat t’Għawdex u li ilha tiġi ċċelebrata għal bosta snin. Din il-komunità tal-patrijiet kellha l-kunvent tagħha f’dawn l-inħawi ċentrali tal-belt Għawdxija sa…

Continue reading

L-AĦĦAR IMPENJI GĦAS-SENA 2009

Hekk kif il-ġimgħa li għaddiet il-banda ġiet mistiedna takkumpaja l-purċissjoni ta’ Sant’ Indrija fir-raħal tal-Fontana, nhar it-Tnejn u t-Tlieta li ġejjin il-banda tkun impenjata fl-aħħar żewġ servizzi għas-sena 2009: żewġ servizzi marbuta mal-festa ta’ Ommna Marija Immakulata – festa għal qalb…

Continue reading

SUĊĊESS GĦAL GEORGE APAP F’DAMASKU

George Apap, membru tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u wieħed mill-klarinettisti solisti tagħha, kien wieħed mir-rappreżentanti ta’ Malta fit-Tmintax-il Inkontru tal-Iskejjel tal-Mużika fil-pajjiżi ta’ madwar il-Mediterran.  George esegwixxa xogħlijiet tal-kompożitur Brittaniku Gerald Finzi u tal-Professur Joseph Vella. Kien il-Prof. Vella infatti li għażel lil…

Continue reading

Nofs verità agħar minn gidba (3)

F’L-Orizzont tas-16 ta’ Settembru 2009, taħt l-isem Biex tiskonġra trid tkun pur, u fil-ħarġa tal-istess gazzetta tat-13 ta’ Ottubru 2009, taħt l-isem Il-fundatur tal-banda La Stella ta’ Għawdex, is-Sur Anton F. Attard BA(Ġen) ried jagħtina tagħrif fuq il-perit Pietru Attard. Is-Sur…

Continue reading

JINGLE BALLS: THE ZOO CHRISTMAS SHOW

Wara li fix-xahar t’Ottubru ngħata bidu għall-istaġun teatrali biż-żewġ rappreżentazzjonijiet tal-opra lirika Rigoletto, u aktar tard bl-ispettaklu taż-żfin Unforgettable, ix-xahar ta’ Diċembru ser iġib miegħu aktar produzzjonijiet teatrali li għandhom ikomplu jiġbdu udjenzi kbar lejn it-Teatru Astra.  Fuq stedina tas-Soċ.…

Continue reading

DUN FELIĊ “MONSINJUR”

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella trid tkun l-ewwel waħda li tifraħ lill-Kan. Felix Tabone, vigarju parrokkjali ta’ San Ġorġ, fil-ħatra tiegħu bħala Cappellano di Sua Santità bit-titlu ta’ Monsinjur. Id-digriet tal-ħatra ngħata lill-Kan. Tabone waqt ċerimonja li nżammet dal-għodu fil-kurja veskovili ta’…

Continue reading

NIRRIKONOXXU L-ĦIDMA TA’ BANDISTI U MEMBRI TAL-KUMITAT

Hekk kif nhar is-Sibt li għadda fl-għeluq ta’ Festival Mediterranea l-banda dekana tellgħet programm mużikali eċċezzjonali, il-kumitat ċentrali ħaseb biex f’din l-istess okkażjoni jonora tmien bandisti u membri fil-kumitat għall-ħidma kbira tagħhom b’risq is-Soċ. Filar. La Stella.  Fil-fatt qabel l-esekuzzjoni tal-kompożizzjoni…

Continue reading

GĦADA L-KUNĊERT ANNWALI TANT MISTENNI

L-Overture 1812 tal-kompożitur Russu Peter Ilych Tchaikovsky flimkien mal-kompożizzjoni tiegħu Marcia Slava se jkunu l-attrazzjonijiet ewlenin fil-kunċert annwali tal-Banda Filarmonika La Stella (imwaqqfa fl-1863), li se jsir fit-Teatru Astra għada 21 ta’ Novembru. Il-kunċert jinkludi selezzjoni wiesa’ ta’ xogħlijiet mużikali…

Continue reading

IL-KUNĊERT ANNWALI FUQ L-GĦATBA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tal-belt Victoria bħalissa għaddejja bl-aħħar tħejjijiet għal wieħed mill-avvenimenti ewlenin tas-sena: il-Kunċert Sinfoniku Annwali tagħha.  Dan il-kunċert, nhar is-Sibt li ġej, 21 ta’ Novembru 2009, fis-7.30pm, jagħlaq bil-kbir it-tmien edizzjoni ta’ Festival Mediterranea, li inkludiet fost…

Continue reading

UNFORGETTABLE… SERATA LI MA TINTESIEX

L-awditorju tat-Teatru Astra imtela sa ruħ ommu bl-aktar udjenza mżewqa li ra Festival Mediterranea fl-edizzjoni ta’ din is-sena, meta nhar is-Sibt li għadda, 14 ta’ Novembru 2009, fis-7.30pm, ittellgħet is-serata Unforgettable: A tribute to great artists, bi produzzjoni tas-Centre Stage…

Continue reading

ĦALLIENA L-BANDIST ĠORĠ “TA’ KATERINA”

Illum it-Tnejn, 9 ta’ Novembru 2009, waslet l-aħbar mill-Kanada li Ġorġ Grech, bandist mill-iprem tal-Banda Ċittadina La Stella, ħalliena. Miet fi sptar, f’Toronto, fejn għex għal dawn l-aħħar 35 sena. Kmieni fil-għodu kienet daqqet l-agunija mill-bażilika ta’ San Ġorġ u, ftit wara,…

Continue reading

ILLEJLA T-TIENI ‘RIGOLETTO’

Wara s-suċċess kbir fl-ewwel rappreżentazzjoni tal-opra Rigoletto nhar il-Ħamis li għadda, kollox jinsab lest biex illejla tittella’ t-tieni rappreżentazzjoni tal-istess opra fit-Teatru Astra. Għall-opra tal-lejla għal darb’oħra t-teatru ser ikun ippakkjat. Fil-fatt kif kien mistenni l-aħħar ftit biljetti nbiegħu kollha…

Continue reading

IL-PROGRAMM MUŻIKALI ANNWALI FIL-21 TA’ NOVEMBRU

Hekk kif il-bieraħ ingħata bidu għat-tmien edizzjoni ta’ Festival Mediterranea, il-banda ċittadina La Stella għaddejja bil-preparazzjoni tagħha għall-programm mużikali annwali. Fil-fatt ninsabu ftit inqas minn xahar ‘il bogħod, u llum fuq dan is-sit ser inħabbru l-programm uffiċjali li ser jindaqq…

Continue reading

IL-WIRT STORIKU F’FESTIVAL MEDITERRANEA 2009

L-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Festival Mediterranea qed terġa’ twassal diversi attivitajiet popolari b’rabta mal-wirt storiku Malti, immexxija minn Dr David Trump. L-attivitajiet jinkludu żjarat esklussivi fl-Ipoġew. B’kollox huma ppjanati erba’ żjarat, nhar l-Erbgħa 4 ta’ Novembru fid-9.00am u fl-10.00am,…

Continue reading

JIFTAĦ FESTIVAL MEDITERRANEA 2009

Illum ser jingħata bidu għat-tmien edizzjoni ta’ Festival Mediterranea – festival kulturali mtella’ mis-Soċ. Filar. La Stella. Il-festival ser jiftaħ b’kunċert mill-organista Ingliż Richard Vendome, fl-Aula Mons. Giuseppe Farrugia, fit-8.00pm. Għada mbagħad ikun imiss żewġ kunċerti oħra: wieħed f’nofsinhar minn…

Continue reading

RIGOLETTO: BILJETTI MRAĦĦSA GĦALL-ISTUDENTI

Studenti li għandhom 25 sena jew inqas jistgħu jgawdu minn offerta speċjali ta’ prezzijiet imraħħsa ferm għall-istudenti, li qed tiġi offruta mit-Teatru Astra għall-produzzjoni tal-opra Rigoletto li se ssir fl-istess teatru nhar il-Ħamis 29 u s-Sibt 31 t’Ottubru 2009.  …

Continue reading

JITTELLA’ GĦAT-TMIEN SENA FESTIVAL MEDITERRANEA

Għat-tmien sena konsekuttiva, It-Teatru Astra f’Għawdex se jtella’ edizzjoni oħra tal-Festival Mediterranea – ġimgħatejn mimlija arti, kultura, żfin, storja, arkeoloġija, snajja lokali, ikel, inbid u fuq kollox opra tal-ogħla livell. Bl-akbar attività matul dan il-festival hi bla dubju l-opra Rigoletto…

Continue reading

XOGĦOL TA’ MANUTENZJONI FIL-KAŻIN U T-TEATRU

Hekk kif bħalissa ninsabu kkonċentrati f’ħidma kontinwa li għandha twassalna għall-ftuħ tat-tmien edizzjoni ta’ Festival Mediterranea, fil-każin La Stella, kif ukoll fit-Teatru Astra li jifforma parti mill-istess kumpless għaddej xogħol ta’ manutenzjoni li għandu jitlesta qabel l-ewwel rappreżentazzjoni tal-opra Rigoletto. …

Continue reading

IL-BANK OF VALLETTA JAPPOĠĠJA FESTIVAL MEDITERRANEA

Il-Bank of Valletta qed jappoġġja t-tmien edizzjoni ta’ Festival Mediterranea. Il-Festival tnieda mit-Teatru Astra t’Għawdex waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Bank of Valletta f’Santa Venera li kienet indirizzata minn Igino Xuereb, Chief Officer Operations tal-Bank of Valletta, minn…

Continue reading

NIFIRĦU F’SAN MIKIEL

Illum, 29 ta’ Settembru, il-parroċċa bażilika ta’ San Ġorġ, bħal kull sena, tagħmel il-festa parrokkjali ta’ San Mikiel Arkanġlu. U jekk hemm stendard li s-Soċjetà Filarmonika La Stella u l-banda dekana tagħha jġorru mkabbra, żgur hu dak tal-lewn ħadrani bl-għajn ta’…

Continue reading

LEJN IT-TMIEN EDIZZJONI TA’ FESTIVAL MEDITERRANEA

Hekk kif ninsabu ftit aktar minn xahar ‘il bogħod mill-ftuħ tat-tmien edizzjoni ta’ Festival Mediterranea, is-Soċjetà Filarmonika La Stella, l-organizzattriċi ta’ dan il-festival kulturali, tinsab għaddejja bl-aħħar tħejjijiet biex għal darb’oħra dan l-avveniment annwali jkun suċċess. Bla dubju l-aktar mistennija…

Continue reading

SUĊĊESS GĦALL-ASTRA FOLK GROUP FI SPANJA

Il-Grupp Folkloristiku Astra għadu kif irritorna minn mawra f’Miranda de Ebro fi Spanja fejn ipparteċipa fit-22 edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Folkor. Il-grupp ħa sehem flimkien ma’ gruppi folkloristiċi oħra minn Spanja, il-Greċja u l-Messiku. Il-grupp ta spettaklu folkloristiku f’numru ta’ okkażjonijiet…

Continue reading

STAĠUN FERM IMPENJATTIV GĦALL-BANDA LA STELLA

Hekk kif illum jagħlaq l-istaġun tal-festi f’Għawdex, bil-festa tal-Vitorja, xieraq li nagħtu ħarsa lejn l-impenji li kellha l-banda ċittadina La Stella matul dawn it-tliet xhur. Bla dubju kien staġun ieħor mill-aktar impenjattiv, anke meta wieħed iqis li l-banda tagħna ħadet…

Continue reading

L-AĦĦAR SERVIZZ FL-ISTAĠUN TAL-FESTI

Nhar is-Sibt 29 ta’ Awwissu, il-banda ċittadina u dekana La Stella temmet l-impenji tagħha fl-istaġun tal-festi f’Għawdex b’servizz lejlet il-festa tal-Madonna ta’ Loretu f’Għajnsielem. Għal darb’oħra s-servizz kien jinkludi marċ qasir u programm mużikali fuq il-planċier fil-pjazza majestuża ta’ dan…

Continue reading

PROGRAMM MUŻIKALI MILL-BANDA ‘LA STELLA’ FIL-FESTA TAL-ASSUNTA

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-banda ċittadina La Stella kienet impenjata f’servizz ieħor fir-raħal taż-Żebbuġ, fl-okkażjoni tal-festa tal-Assunta. Il-banda dekana ġiet mistiedna ttella’ programm mużikali lejlet il-festa fil-pjazza ewlenija tar-raħal. Dan kien it-tnax-il servizz li għamlet il-banda fl-irħula Għawdxin f’dan l-istaġun…

Continue reading

MAQDES U KAŻIN FIL-QALBA TAL-BELT

L-istaġun tas-Sajf fil-gżejjer Maltin minbarra s-sħana u t-temp sabiħ, iġib miegħu wkoll numru kbir ta’ festi fil-bliet u l-irħula Maltin u Għawdxin. Ta’ kull ġimgħa madwar pajjiżna jiġu ċċelebrati numru sabiħ ta’ festi. F’Għawdex, għandna x-xorti li l-ebda festa ma…

Continue reading

“IL-FESTA L-AKTAR POPOLARI TAL-GŻIRA”

Għaddew ħamsa u għoxrin ġurnata mill-aħħar jum tal-festa l-kbira ta’ beltna: il-festa tal-patrun ta’ beltna u ta’ gżiritna San Ġorġ Megalomartri. Jgħaddu l-ġranet, iżda f’moħħna jibqgħu s-suċċessi li ntlaħqu għal darb’oħra f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet li għalihom ħdimna tant matul is-sena li…

Continue reading

IL-BANDA ĊITTADINA ‘LA STELLA’ F’SAN LAWRENZ

Fi tmiem il-ġimgħa komplew il-festi fl-irħula Għawdxin u għaldaqstant komplew ukoll l-impenji tal-banda ċittadina La Stella b’żewġ servizzi fir-raħal ta’ San Lawrenz, fejn ġiet iċċelebrata l-festa ta’ San Lawrenz Levita u Martri. F’dan ir-raħal li għandu rabtiet speċjali mas-Soċ. Filar.…

Continue reading