Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: September 2008

IL-FESTA TA’ SAN MIKIEL FIR-RABAT GĦAWDEX

Il-qima lejn l-anġli t’Alla fil-Knisja hija waħda qadima ħafna; jekk nieħdu lil San Mikiel, nafu li l-Lhud stess, il-poplu “magħżul” ta’ Alla kellu diġa qima partikulari lejn San Mikiel, li kien meqjus id-difensur speċjali tal-poplu Ġudajku. Anke fl-era Nisranija, il-qima lejn…

Continue reading

TIBQA’ GĦAL DEJJEM F’QALBNA

Għaddiet sena – sena mill-jum li fih il-Mulej għoġbu jsejjaħ għal ħajja ta’ dejjem lil saċerdot maħbub: Mons. Salv Borg, arċipriet emeritu tal-bażilika ta’ San Ġorġ, prelat ta’ l-unur tal-Qdusija Tiegħu l-Papa u direttur spiritwali tas-Soċ. Filar. La Stella.  Wara diversi…

Continue reading

IL-FESTA ĠORĠJANA FIL-KANADA

Fuq inizzjattiva tal-Għaqda Friends of La Stella Canada, u tas-Sur John G. Borg, fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġiet iċċelebrata festa kbira Ġorġjana f’Toronto fost numru kbir ta’ emigranti Ġorġjani Maltin u Għawdxin. Għal dawn iċ-ċelbrazzjonijiet kien hemm preżenti wkoll…

Continue reading

TEMPJU TA’ ĠMIEL BI STORJA TA’ ĠMIEL AKBAR

Il-lum il-belt Victoria tifraħ fil-Jum tad-Dedikazzjoni tat-tempju ewlieni tagħha: il-bażilika ta’ San Ġorġ. Mibnija fil-qalba ta’ beltna, bi storja li tmur lura fis-snin iżjed minn dik ta’ kull maqdes ieħor lokali tal-fidi tagħna, imma li twettaq il-preżent li qed ngħixu daqskemm…

Continue reading

ESPERJENZA MILL-ISBAĦ F’CORFU

Kif semmejna l-ġimgħa li għaddiet, grupp ta’ bandisti u allievi żgħażagħ, flimkien ma’ xi membri tal-kumitat u anke xi familjari ħallew Malta għal mawra ta’ ħamest ijiem fil-gżira ta’ Corfu. Il-grupp ta’ għoxrin persuna ħalla Malta tard l-Erbgħa 10 ta’…

Continue reading

LEJN FESTIVAL MEDITERRANEA

Ninsabu ftit aktar minn xahar ‘il bogħod mill-ftuħ tas-seba’ edizzjoni ta’ Festival Mediterranea. Il-preparamenti jinsabu fl-aqwa tagħhom, kemm mill-kumitat organizzattiv fi ħdan is-Soċ. Filar. La Stella kif ukoll mill-kast li ser jieħu sehem fl-opra lirika li ser tittella’ darbtejn fit-23…

Continue reading

TURANDOT: The Power of Meekness

Teatru Astra is pulling out all the stops to honour Giacomo Puccini on the 150th anniversary of his birth.  On Thursday 23rd and Saturday 25th October 2008, the management is presenting his greatest masterpiece, Turandot, featuring in the title role…

Continue reading

23 SERVIZZ FL-AĦĦAR TLIET XHUR

In-numru kbir ta’ impenji u stediniet li kellha l-banda ċittadina u dekana La Stella, tul l-istaġun festiv tas-Sajf bla dubju jkompli jixhed il-popolarità kbira li tgawdi din il-banda ewlenija tal-belt Victoria. Fil-fatt biex inkunu preċiżi, bejn l-24 ta’ Mejju 2008…

Continue reading

FESTA ĠORĠJANA FIL-KANADA

Nhar is-Sibt 20 ta’ Settembru, ser tiġi ċċelebrata Festa Ġorġjana ġewwa Toronto, il-Kanada, mill-komunita’ Ġorġjana f’din il-belt. F’din l-okkażjoni ser tiġi inawgurata l-istatwa l-ġdida, kopja eżatta ta’ l-istatwa titulari ta’ San Ġorġ li nsibu fil-bażilika ta’ San Ġorġ f’beltna. Din…

Continue reading

BANDISTI ŻGĦAŻAGĦ GĦAL MAWRA F’CORFU

Tard il-bieraħ filgħaxija grupp ta’ tnax-il bandist żgħażugħ mal-banda ċittadina La Stella ħallew gżiritna għal mawra ta’ ħamest ijiem ġewwa l-gżira mill-isbaħ ta’ Corfu. Din il-mawra qed tiġi organizzata u ssussidjata mis-Soċ. Filar. La Stella bħala inċentiv kif ukoll bħala turija…

Continue reading

L-ASTRA FOLK GROUP F’MALTA

Nhar il-Ħamis 4 ta’ Settembru 2008 il-Grupp Folkloristiku Astra ta spettaklu ta’ kant u żfin mir-repertorju vast tiegħu fil-Belt Valletta. Din l-attività kienet organizzata bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, kif ukoll bl-għajnuna ta’ Luciano & Cettina Restaurant, Il-Kantina Cafe’ u  Regina Cafe’.…

Continue reading

IMFAKKAR IS-6 TA’ SETTEMBRU 1958

Kif ħabbarna fil-jiem li għaddew fuq dan is-sit, nhar is-Sibt li għadda, is-6 ta’ Settembru, kien jum speċjali mhux biss għall-knisja protoparrokkjali ta’ San Ġorġ iżda għad-djoċesi kollha tal-gżira Għawdxija. Nhar is-Sibt li għadda l-knisja arċimatriċi tal-gżira Għawdxija għalqet ħamsin…

Continue reading

50 SENA ILU SAN ĠORĠ ISIR BAŻILIKA

IS-SOĊJETà FILARMONIKA LA STELLA, BĦALA BENEFATTRIĊI EWLENIJA TA’ DAN IL-ĠIEĦ, TIMMARKA DAN L-ANNIVERSARJU KBIR U SSELLEM IL-MEMORJA STORIKA TA’ DAWK KOLLHA LI ĦADMU BIEX INGĦATA DAN IL-ĠIEĦ MISTĦOQQ RIKONOXXUT MIS-SANTA SEDE LILL-KNISJA PROTOPARROKKJALI U ARĊIMATRIĊI, OMM IL-PARROĊĊI KOLLHA TAL-GŻIRA GĦAWDXIJA.…

Continue reading

BIEX NIFHMU AĦJAR…

Biex nifhmu aħjar kemm il-parroċċa ta’ San Ġorġ stħaqqilha tassew issir l-ewwel parroċċa bażilika ta’ Għawdex. Min jipprova jifhem l-għoti tad-dinjità ta’ bażilika lill-parroċċa ta’ San Ġorġ mingħajr il-kuntest storiku usa’ jkun qed jirriskja li ma jifhem xejn. L-arċimatriċi tal-belt u…

Continue reading