Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: August 2008

IL-BANDA ‘LA STELLA’ F’GĦAJNSIELEM

Il-bieraħ waslu fi tmiemhom l-impenji fl-istaġun tal-festi għall-banda ċittadina u dekana La Stella, b’marċ brijuż fir-raħal t’Għajnsielem fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna ta’ Loreto. Il-marċ brijuż ta’ lejlet il-festa, l-aktar marċ popolari fil-ġimgħa tal-festa t’Għajnsielem beda minn Triq Ħamri, għadda lejn Triq…

Continue reading

FESTIVAL MEDITERRANEA 2008

The seventh edition of Festival Mediterranea kicks off on the 20th October with a site visit to one of the most beautiful churches in the Maltese Islands, St. George’s Basilica, in the heart of Victoria, Gozo’s capital. This church, known…

Continue reading

JINGĦATA BIDU GĦALL-PROVI TAL-OPRA

Hekk kif ninsabu resqin lejn tmiem ix-xahar t’Awwissu, minn issa nibdew bil-preparamenti għall-wieħed mill-akbar avvenimenti organizzat kollu kemm hu mis-Soċ. Filar. La Stella, Festival Mediterranea. Dan il-festival kulturali uniku fi gżiritna wasal fis-seba’ edizzjoni tiegħu, u din is-sena ser ikun…

Continue reading

Il-BANDA ‘LA STELLA’ FIL-FESTA TAL-ASSUNTA

Nhar is-Sibt li għadda, il-banda ċittadina u dekana La Stella kienet mistiedna fir-raħal taż-Żebbuġ, biex tagħmel programm mużikali fil-pjazza tar-raħal fl-okkażjoni tal-festa ta’ l-Assunta. Bħas-snin l-imgħoddija l-banda tagħna tellgħet programm mużikali mill-isbaħ b’mużika varjata, taħt id-direzzjoni tas-surmast Joseph Vella. Il-banda…

Continue reading

L-ISTAĠUN TAL-FESTI F’GĦAWDEX

L-istaġun tal-festi jinsab għaddej ġmielu, u issa fi gżiritna fadal l-aħħar tliet festi li jagħlqu staġun ieħor ta’ festi fil-belt u fl-irħula tagħna. Għall-banda ċittadina u dekana ‘La Stella’ dan kien staġun ieħor ferm impenjattiv. Il-banda tagħna minbarra l-impenji marbuta…

Continue reading

“TA’ L-ISTILLA”: IL-ĦARĠA T’AWWISSU

Għadha kif ġiet ippubblikata l-ħarġa t’Awwissu tar-rivista uffiċjali tas-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’: “TA’ L-ISTILLA”. Din ir-rivista (ħarġa numru 28) tqassmet lill-parruċċani kollha tal-parroċċa ta’ San Ġorġ, fi tmiem il-ġimgħa. Bħalma għamilna f’dawn l-aħħar snin, ir-rivista kienet kollha kemm hi ddedikata…

Continue reading

POPLU “IN FESTA”

Il-festa ta’ San Ġorġ, fil-qalba tal-Belt Victoria, titqies bħala waħda mill-festi prinċipali tal-gżejjer Maltin, li minħabba l-kompletezza u l-eċċellenza ta’ l-elementi varji li jiffurmawha, tiġbed id-dilettanti mill-erba’ rjiħat ta’ Malta u ’l hinn. Il-folol li ħonqu l-BeltVictoria matul il-ġimgħa tal-festa…

Continue reading

IL-FESTA TA’ L-ASSUNTA

Din il-ġimgħa hija l-festa tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Ommna Marija Santisima li tiġi ċċelebrata fil-Katidral tagħna t’Għawdex. Fost id-diversi manifestazzjonijiet esterni għal din il-festa, hemm il-marc ta’ nhar Santa Marija filgħodu li jilħaq il-qofol tiegħu ġo Pjazza San Ġorġ. Waqt li…

Continue reading

ĠITA GĦALL-FESTA TA’ STA MARIJA FL-IMQABBA

L-Għaqda tan-Nar San Ġorġ Martri, fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella, tħabbar li għal darb’ oħra, bħalma għamlet fis-snin l-imgħoddija, se torganizza ħarġa għal Malta, għall-festi ta’ Santa Marija iċċelebrati ġewwa l-Imqabba u l-Qrendi. Il-ħarġa se ssir nhar il-Ħamis li…

Continue reading

ŻEWĠ SERVIZZI OĦRA F’SAN LAWRENZ

Għar-raħal ta’ San Lawrenz, is-sena 2008 kienet sena mill-aktar speċjali. Fil-fatt din is-sena tfakkar il-1750 sena mill-martirju tal-qaddis patrun ta’ dan ir-raħal. F’dawn il-festi speċjali, il-banda ċittadina u dekana ‘La Stella’ ġiet mistiedna biex tagħti s-sehem tagħha, l-istess bħalma għamlet…

Continue reading

LAQGĦA U BBQ GĦALL-BANDISTI ŻGĦAŻAGĦ

Nhar it-Tlieta li għadda fuq il-bejt tal-każin ‘La Stella’ saret laqgħa u BBQ għall-bandisti żgħażagħ u l-allievi. Din il-laqgħa saret fuq l-inizzjattiva ta’ l-Għaqda Bandisti Żgħażagħ ‘La Stella’, għaqda li ġiet iffurmata fil-ġimgħat li għaddew. Din l-għaqda li hija mmexxija…

Continue reading

SUĊĊESS KBIR GĦALL-ASTRA FOLK GROUP

Il-Grupp Folkloristiku Astra, għadu kif ġie lura minn mawra ta’ tlettax-il ġurnata f’Billingham l-Ingilterra, fejn hemmhekk kien mistieden biex jieħu sehem fl-44 Festival Internazzjonali tal-Folklor, bħala rappreżentant ta’ pajjiżna. L-Astra Folk Group kien l-ewwel grupp Malti li qatt ħa sehem…

Continue reading

IL-BANDA ĊITTADINA ‘LA STELLA’ FIL-QALA

Il-bieraħ, it-2 t’Awwissu, il-banda ċittadina u dekana ‘La Stella’ kompliet bl-impenji tagħha fil-festi Għawdxin. Il-banda għal darb’oħra ġiet mistiedna ddoqq waqt il-marċ popolari ta’ lejlet il-festa ġewwa r-raħal tal-Qala, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp. Dan kien id-disa’ servizz li għamlet…

Continue reading

L-ASTRA FOLK GROUP F’BILLINGHAM

Illum is-Sibt 2 t’Awwissu jiġi fi tmiemu l-festival internazzjonali tal-folklor ġewwa Billingham, l-Ingilterra, fejn kif tafu l-grupp folkloristiku Astra qed jirrapreżenta lil pajjiżna. Il-bieraħ għamel kuntatt magħna s-sur Anton Zammit li huwa d-direttur ta’ dan il-grupp fejn qalilna li l-grupp…

Continue reading