Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: July 2008

AĠĠORNAMENTI MINN BILLINGHAM

Kif semmejna fil-jiem li għaddew fuq dan is-sit, l-Astra Folk Group jinsab l-Ingilterra, eżattament ġewwa Billingham fejn qed jipparteċipa u jirrapreżenta lil pajjiżna fl-44 edizzjoni tal-“Billingham International Folklore Festival”. LaStella.com.mt għamlet kuntatt ma’ xi membri tal-grupp, fejn qalulna li l-grupp…

Continue reading

IL-BANDA ĊITTADINA ‘LA STELLA’ F’TA’ SANNAT

Wara jiem sħaħ ta’ impenji fil-festa ad unur San Ġorġ Martri, il-bieraħ il-banda ċittadina ‘La Stella’ kompliet bl-impenji tagħha bis-servizzi fil-festi Għawdxin. Il-bieraħ kien imiss il-festa ta’ Santa Margerita ta’ Sannat, fejn il-banda tagħna għamlet marċ brijuż qabel il-purċissjoni u…

Continue reading

L-GĦAQDA TKATTAR IS-SUĊĊESS

Bħal-lum ġimgħa temmejna l-festi kbar f’ġieħ il-Patrun u protettur ta’ gżiritna San Ġorġ Martri. Il-preparamenti meħtieġa kienu ilhom sew li bdew biex ġie mħejji programm ta’ festi mifrux fuq 43 jum. Issir ħidma kbira tul sena sħiħa mill-għaqdiet kollha u…

Continue reading

IŻ-ŻEWĠ PUBBLIKAZZJONIJIET TAL-FESTA

Is-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’ matul is-sena tkun impenjata wkoll b’numru sabiħ ta’ pubblikazzjonijiet li jinkludu r-rivista uffiċjali tas-Soċjetà “ta’ l-iStilla”; il-kotba marbuta ma’ Festival Mediterranea u l-opra; u fuq kollox il-pubblikazzjonijiet marbuta mal-festa ta’ San Ġorġ. Għall-festa ta’ din is-sena…

Continue reading

NIFIRĦU LIL DR JOSEPH GRECH

Is-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’ tixtieq tifraħ lill-President tagħha, l-avukat Joseph Grech, għall-kariga l-ġdida tiegħu bħala chairman tal-kumpanija Gozo Channel. In-nominazzjoni tiegħu bħala chairman ta’ din il-kumpanija ewlenija tħabbret il-bieraħ fi stqarrija mill-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u l-Investiment Tonio Fenech. Il-ministru ħabbar…

Continue reading

L-ASTRA FOLK GROUP JIBDA L-MAWRA TIEGHU F’BILLINGHAM

Il-bieraħ, 23 ta’ Lulju l-Grupp Folkloristiku Astra, ħalla pajjiżna biex jirrappreżenta lill-gżejjer Maltin, f’festival internazzjonali, fl-Ingilterra. Il-festival li ser jieħdu sehem fih huwa il-Billingham International Folklore Festival, li ilu jsir għal dawn l-aħħar 44 sena. Waqt dan il-festival il-Grupp Folkloristiku…

Continue reading

“SPLUŻJONI TA’ KULTURA, ARTI U SERJETÀ”

Bi pjaċir fil-ħarġa tal-ġurnal ‘l-orizzont’ tal-bieraħ innutajna artiklu miktub mid-deputat mexxej għall-affarijiet tal-Partit Laburista, Dr Toni Abela, fejn kien hemm referenza għaż-żjara tiegħu fil-festa tagħna. L-avukat Toni Abela ġie mistieden mill-amministrazzjoni tal-bażilika biex jattendi għall-pontifikal solenni ta’ jum il-festa mmexxi…

Continue reading

IL-FESTA L-KBIRA T’GĦAWDEX

“e’ una festa che e’ la più popolare del paese” (Anton Tabone, Kaxxier tal-banda ‘Il Leone’ fl-1895) 43 jum għaddew mill-ftuħ tal-festi f’ġieħ il-patrun tagħna San Ġorġ – 43 jum ta’ ċelebrazzjonijiet kontinwi: kunċerti, funzjonijiet liturġiċi, marċi, dimostrazzjonijiet, briju u…

Continue reading

FESTA TA’ BRIJU

Il-Ħadd jum il-festa tal-patrun tad-djoċesi u ta’ beltna, hekk kif intemm il-pontifikal solenni mmexxi mill-Isqof tad-djoċesi u dekan tal-Kolleġġjata Ġorġjana Mons. Mario Grech, nagħta bidu għall-marċ il-kbir ta’ filgħodu – marċ uniku u magħruf għall-briju grandjuż. Il-marċ bis-sehem tal-baned ‘San…

Continue reading

SPETTAKLU MILL-AQWA LEJLET IL-FESTA

L-impenji għall-banda ‘La Stella’ bdew minn kmieni filgħodu hekk kif intemm pontifikal solenni mmexxi mill-Arċisqof Emeritu ta’ Malta Mons. Ġużeppi Mercieca fil-bażilika. Il-banda għamlet marċ minn Pjazza San Ġorġ sal-każin La Stella – marċ li kien segwit minn reception għall-bandisti…

Continue reading

“IL-FESTA, L-AKTAR POPOLARI TAL-GŻIRA”

Illum, Jum il-festa tal-Patrun tad-djoċesi u ta’ beltna San Ġorġ Megalomartri, jum tant għażiż iċċelebrat bil-kbir fil-belt Għawdxija. Fit-8.30am nibdew dan il-jum b’pontifikal solenni fil-knisja proto-parrokkjali tal-belt Victoria, immexxi mill-ET Mons. Isqof Mario Grech. L-assemblea liturġika ser tkun taħt il-patroċinju…

Continue reading

DIMOSTRAZZJONI TRIJONFALI FIL-QALBA TAL-BELT

Il-bieraħ kien imiss it-tielet u l-aħħar jum tat-tridu, li wassalna wkoll għar-raba’ u l-aħħar dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ, (1894, xogħol ta’ Vincenzo Cremona) l-ewwel statwa għall-festi ta’ barra f’Għawdex. Id-dimostrazzjoni laħqet il-qofol tagħha fi pjazza Indipendenza, bit-tlugħ ta’…

Continue reading

ĊELEBRAZZJONIJIET KBAR FI PJAZZA SAVINA

Żgur li ħadd ma stenna li d-dimostrazzjoni tat-tieni jum tat-tridu fuq rotta ġdida u bi statwa ġdida kienet ser tkun daqshekk suċċess. In-numru kbir ta’ persuni li għal darb’oħra ngħaqdu magħna u l-għexieren ta’ żgħażagħ li ħanqu pjazza Savina bil-briju…

Continue reading

L-AĦĦAR TISLIMA LIL TONI VELLA

Wara l-aħbar tal-mewt ta’ seħibna Toni Vella, kmieni l-bieraħ, illum is-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’ ingħaqdet mal-familjari u ma’ diversi ħbieb għall-funeral tiegħu. Għall-ħabta ta’ l-4.30pm beda korteo minn Triq ir-Repubblika, bis-sehem tal-banda ċittadina ‘La Stella’ li sellmet lis-sur Vella, membru…

Continue reading

IKOMPLU L-FESTI KBAR F’BELTNA

Fl-ewwel jum tat-tridu, minbarra ċ-ċelebrazzjonijiet interni, kellna wkoll it-tieni dimostrazzjoni, din id-darba bl-istatwa ta’ San Ġorġ fuq iż-żiemel. F’din l-okkażjoni l-banda tagħna żanżnet is-sett il-ġdid ta’ marċi brijużi għas-sena 2008. Akkumpanjat ukoll id-dimostrazzjoni, il-banda ‘Santa Margerita’ ta’ Sannat. Id-dimostrazzjoni kienet…

Continue reading

L-ENTUŻJAŻMU JKOMPLI JIKBER

Wara l-kunċert grandjuż fil-bażilika u t-tiġrijiet tradizzjonali li għal darb’oħra rriżultaw f’suċċess enormi, il-bieraħ kien imiss il-ħruġ min-niċċa ta’ l-istatwa titulari, u l-ewwel dimostrazzjoni. Anke l-bieraħ, l-attendenza kienet waħda kbira – kemm il-bażilika kif ukoll pjazza San Ġorġ kienu ppakkjati…

Continue reading

TONI VELLA ĦALLIENA

Illum l-Erbgħa 16 ta’ Lulju, Toni Vella, membru fil-kumitat ċentrali tas-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’, ħalla din id-dinja wara marda qalila. Huwa ħalla dan il-wied tad-dmugħ kmieni dalgħodu għall-ħabta ta’ l-4.00, wara ġimgħat sħaħ fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Huwa ħalla jibku t-telfa…

Continue reading

MAQDES JINBIDEL F’ĠENNA

Bdejna tassew bil-kbir, il-bieraħ, il-ġimgħa tal-festa ad unur il-Kbir Martri San Ġorġ. Il-kunċert tal-bieraħ, min-naħa nistgħu ngħidu li għalaq bil-kbir il-ħdax-il edizzjoni tal-Victoria International Arts Festival, u min-naħa nistgħu ngħidu li kien bidu eċċezzjonali għall-ġimgħa tal-festa. Għall-kunċert li fakkar il-50…

Continue reading

PROGRAMM FESTI SAN ĠORĠ MARTRI 2008

8 ta’ Ġunju – 14 ta’ Lulju: VICTORIA INTERNATIONAL ARTS FESTIVAL Dan il-festival internazzjonali, fil-kuntest tal-festa ta’ San Ġorġ, twieled fl-1998 bħala offerta ta’ kultura għolja li tagħni b’dimensjoni ġdida u tikkostitwixxi żvilupp oriġinali fil-festa tradizzjonali Maltija. Kulħadd huwa mistieden…

Continue reading

IT-TIĠRIJIET TRADIZZJONALI: SUĊĊESS IEĦOR

Għat-tieni sena konsekuttiva, il-kumitat responsabbli mit-tiġrijiet tradizzjonali fi ħdan is-Soċ. Filar. La Stella għażel li t-tiġrijiet isiru filgħaxija. Wara s-suċċess tas-sena li għaddiet, din is-sena l-membri fi ħdan il-kumitat komplew jaħdmu biex anke fil-festa ta’ din is-sena dan l-avveniment jirnexxi.…

Continue reading

NIDĦLU FIL-ĠIMGĦA TAL-FESTA

Waslet sa fl-aħħar il-ġimgħa tant mistennija minna r-Rabtin – il-ġimgħa tal-festa prinċipali tal-gżira Għawdxija – il-festa tal-patrun tad-djoċesi u ta’ beltna San Ġorġ Megalomartri. Il-festi f’ġieħ il-Kbir tal-Martri ilhom li bdew mit-8 ta’ Ġunju bil-ftuħ tal-Victoria International Arts Festival 2008,…

Continue reading

FESTA TAN-NAR!

Mill-għada tal-festa ta’ San Ġorġ tas-sena li għaddiet, l-Għaqda tan-Nar San Ġorġ Martri, fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’, meddet għonqha mill-ewwel għax-xogħol sabiex hi ukoll tagħti s-sehem denju tagħha fil-festa ta’ San Ġorġ, din is-sena, aktar minn snin oħra,…

Continue reading

FESTA TA’ ARMAR!

M’hemmx dubju li element ieħor li jpoġġi lill-festa ta’ San Ġorġ fuq quddiem nett f’pajjiżna huwa l-armar lussuż li jżejjen lil beltna tul dawn il-jiem ta’ Lulju. Din is-sena beltna ser terġa’ tilbes l-isbaħ libsa grazzi għall-ħidma kbira mill-grupp tal-armar…

Continue reading

FESTA TA’ BANED!

Il-festi kbar li ser jiġu ċċelebrati f’beltna f’ġieh il-Megalomartri San Ġorġ, ser ikunu kkaratterizzati minn numru kbir ta’ baned parteċipanti. Minbarra l-banda dekana, ser jieħdu sehem xejn inqas minn ħdax-il banda oħra. Minn dawn il-baned, ħamsa minnhom ġejjin minn Malta…

Continue reading

IKOMPLI L-VICTORIA INTERNATIONAL ARTS FESTIVAL

Il-Victoria International Arts Festival, li inawgura l-festi ad unur San Ġorġ Martri fl-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju, għadu għaddej u jinsab issa fit-23 jum tiegħu. F’dawn il-ġranet kellna fostna diversi artisti lokali u artisti barranin li tellgħu kunċerti mill-aqwa fi Pjazza…

Continue reading

BEDA LULJU…QED TOQROB IL-FESTA!

Il-programm tal-festi ad unur San Ġorġ Martri, patrun tad-djoċesi u ta’ beltna, beda kważi xahar ilu mal-ftuħ tal-Victoria International Arts Festival. Issa li dħalna fix-xahar ta’ Lulju, qed noqorbu aktar lejn l-aħħar ġimgħa tal-festa, li hija l-qofol tal-festi f’ġieh San…

Continue reading

MAWRA OĦRA GĦALL-ASTRA FOLK GROUP

Il-Grupp Folkloristiku Astra, jirrappreżenta lill-gżejjer Maltin, f’festival internazzjonali, f’Lulju fl-Ingilterra: Billingham International Folklore Festival, bħala grupp mill-Mediterran. Fil-fatt ser ikun l-ewwel Grupp Folkloristiku Malti li ser jieħu sehem f’dan il-festival internazzjonali li ilu jsir għal dawn l-aħħar 44 sena. Il-grupp…

Continue reading