MORENA FIT-TEATRU ASTRA NHAR IS-SIBT 22 TA’ MARZU
Flimkien mal-grupp komiku ZOO, nhar is-Sibt 22 ta’ Marzu, it-Teatru Astra ser jilqa’ lill-kantanta Għawdxija Morena, ir-rebbieħa tal-festival tal-kanzunetta Maltija għall-Ewropa ta’ din is-sena. Morena, friska mir-rebħ ta’ dan il-festival prestiġjuż għal pajjiżna, aċċettat l-istedina min-naħa tas-Soċjetà Filarmonika La Stella…