Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: June 2007

DELEGAZZJONI TALJANA ŻŻURNA F’DARNA

Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Ġunju, festa ta’ San Pietru u San Pawl, il-kumitat tas-Soċjetà laqgħa fi ħdanu delegazzjoni Taljana mill-‘Comune di Nichelino’ provinċja ta’ Turin fl-Italja. L-avukat Joseph Grech, President tas-Soċjetà La Stella flimkien ma’ diversi uffiċċjali tal-kumitat taw merħba…

Continue reading

EJJEW NAGĦMLU FESTA!!

Fi ftit jiem oħra nagħtu bidu għall-festi kbar li ta’ kull sena niċċelebraw f’gieħ San Ġorġ Martri. L-entużjażmu Ġorġjan diġà jinħass sewwa u dan jixhduh saħansitra l-pjazez u t-triqat ewlenin ta’ din il-belt bit-tiżjin ta’ l-armar li diġà beda jsebbaħhom…

Continue reading

IKOMPLI L-VICTORIA INTERNATIONAL ARTS FESTIVAL

Hekk kif jitgerrbu l-jiem sħan tas-sajf kemmxejn qalil tagħna, jibqa’ għaddej il-Victoria International Arts Festival 2007, edizzjoni speċjali li qiegħed ifakkar l-għaxar anniversarju mill-fundazzjoni tiegħu, festival li mhux bhal festivals oħra, ġie sabiex jibqa’, festival li fi ħdanu qegħdin naraw…

Continue reading

IL-BANDA ĊITTADINA ‘LA STELLA’ FIX-XEWKIJA

Nhar il-Ħamis li għadda, 21 ta’ Ġunju, il-banda “La Stella” ġiet mistiedna biex tagħmel marċ brijuż fit-toroq tar-raħal tax-Xewkija, fejn hemm ġiet iċċelebrata l-festa ad unur San Ġwann il-Battista. Din kienet l-ewwel darba li l-Banda Ċittadina “La Stella” ħadet sehem…

Continue reading

KUNĊERT MIL-“LA STELLA YOUTH ENSEMBLE”

Nhar it-Tnejn 18 ta’ Ġunju, tmien bandisti żgħażagħ ħadu sehem fil-Victoria International Arts Festival. Dawn il-bandisti ngħataw opportunità oħra sabiex juru l-kapaċità individwali tagħhom fuq l-istrument, kif ukoll biex idoqqu f’ensemble. Din kienet ir-raba’ sena konsekuttiva li fiha ħadet sehem…

Continue reading

IKOMPLI L-VICTORIA INTERNATIONAL ARTS FESTIVAL

Nhar is-Sibt 16 ta’ Ġunju l-Awla Mgr. Ġużeppi Farrugia li tifforma parti miċ-ċentru parrokkjali u kulturali fi ħdan il-Bażilika Ġorġjana laqgħet fiha għall-ewwel darba f’Għawdex kor Ġappuniż, ‘PRIMAVERA’. Minn ħafna qabel li beda dan il-kunċert korali kien jixhed li kien…

Continue reading

SPETTAKLU KBIR FI PJAZZA SAN ĠORĠ

Nhar il-Ħamis 14 ta’ Ġunju 2007 tela’ mill-ġdid is-separju kulturali fuq l-ewwel attività artistika fi ħdan l-għaxar edizzjoni tal-Victoria International Arts Festival. Din is-sena, kif diġà semmejna jumejn ilu, qegħdin jiġu mtella’ sensiela ta’ kunċerti li jkopru kull aspett mużikali…

Continue reading

JIBDA L-VICTORIA INTERNATIONAL ARTS FESTIVAL

Il-bieraħ ingħata bidu għall-10 edizzjoni tal-Victoria International Arts Festival – festival ta’ mużika li ta’ kull sena jiġbed lejn il-gżira Għawdxija l-aqwa esponenti tal-mużika Maltija kif ukoll mużiċisti u korijiet mill-aqwa minn diversi pajjiżi Ewropej…festival li jiftaħ uffiċjalment il-festi ad…

Continue reading

L-ITTRA MIBGĦUTA LIS-SINDKU TAL-BELT VICTORIA

Wara l-istqarrija uffiċjali maħruġa mis-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’, li dehret nhar il-Ħadd 10 ta’ Ġunju 2007, illum, għall-benefiċċju ta’ dawk kollha li jżuru dan is-sit, qed nippubblikaw ukoll l-ittra li ntbagħtet lis-Sindku tal-belt Victoria, is-Sur Robert Tabone, mis-Soċjetà tagħna, wara…

Continue reading

IL-BANDA LA STELLA TOĦROĠ BL-UNURI

Nhar is-Sibt 9 ta’ Ġunju, il-banda ‘La Stella’ ġiet mistiedna biex ittella’ programm mużikali fi Pjazza Indipendenza flimkien mal-banda l-oħra tal-belt fl-okkażjoni ta’ Jum il-belt Victoria. F’dan il-programm kif ħabbarna fil-jiem li għaddew il-banda għażlet li ddoqq tliet siltiet mill-aqwa,…

Continue reading

STQARRIJA MIS-SOĊ. FILAR. LA STELLA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tal-Belt Victoria f’Għawdex tixtieq turi d-dispjaċir tagħha li okkażjoni li kellha tkun manifestazzjoni ta’ għaqda ċivika fil-Belt Victoria sfat mħassra mill-aġir irresponsabbli tas-Soċjetà Filarmonika Leone meta b’manifestazzjonijiet partiġġjani, kissru arranġamenti pre-stabbiliti mill-Kunsill Lokali flimkien maż-żewġ soċjetajiet.…

Continue reading

JUM IL-BELT VICTORIA

Illum, is-Sibt 9 ta’ Ġunju, f’beltna qed niċċelebraw “Jum il-Belt Victoria” – jum speċjali u uniku li fih ser ilaqqa’ wara tnejn u għoxrin sena liż-żewġ baned ta’ din il-belt għal Programm mużikali wieħed ġewwa Pjazza Indipendenza. Dan il-Programm qed…

Continue reading

ĠIMGĦA TA’ IMPENJI GĦALL-BANDA LA STELLA

F’dawn l-erbat ijiem li ġejjin, il-banda tagħna ser tkun impenjata kuljum. Bejn illum u għada ser isiru l-aħħar żewġ kunċerti bi preparazzjoni għall-Programm Mużikali li ser jittella’ nhar is-Sibt li ġej fit-8.00pm ġewwa Pjazza Indipendenza, u għar-rekording tal-marċi tal-festa li…

Continue reading

IL-BANDA “LA STELLA” F’JUM IL-BELT VICTORIA

Fl-okkażjoni ta’ “Jum il-Belt Victoria”, kif diġà ħabbarna fil-ġimgħat li għaddew, il-Baned tal-belt Victoria ġew mistiedna jtellgħu Programm Mużikali fi Pjazza Indipendenza nhar is-Sibt 9 ta’ Ġunju, 2007 fit-8.00pm. F’dan il-programm kull banda ser iddoqq tliet siltiet mużikali. Barra dawn…

Continue reading