![]() |
||
![]() |
![]() |
![]() |
|
|
|
||||||||||||||||||||||
![]() | ||||||||||||||||||||||||
CD ĠDID TA' MARĊI BRIJUŻI
"St George 2010" huwa l-isem il-ġdid tas-CD ta' marċi brijużi maħruġ mill-banda ċittadina La Stella fl-okkażjoni tal-festi ad unur il-Patrun ta' Għawdex San Ġorġ Megalomartri. Dan huwa t-23 CD maħruġ mill-banda dekana matul dawn l-aħħar tlettax-il sena. Is-CD jiġbor fih tnax-il marċ u żewġ innijiet: l-Innu marċ "Lill-Kbir Martri San Ġorġ" u l-Innu La Stella.
Fost il-marċi nsibu żewġ kompożizzjonijiet tas-surmast Joseph Vella li din is-sena qed ifakkar l-erbgħin anniversarju bħala direttur mużikali tal-banda La Stella. Is-sett jinkludi ħames kompożizzjonijiet ġodda, filwaqt li s-seba' l-oħra ġew maħruġa mill-arkivju tas-Soċjeta'. Is-sett kollu jinkludi:
40th Anniversary - Joseph Vella
Golden Arrow - Ġanni Vella
Obama - Mario Galea
Lill-Bandisti Żgħażagħ - George Borg
Tripletta - George Apap
Andre-Mat - Sunny Galea
Sheik's Holiday - Joseph Vella
St George 2010 - Joe Galea
Emmar - Emanuel Bugeja
Marching Along - Anthony Aquilina
Domingo - Vincenzo Ciappara
The Pronounced Star - Giuseppe Azzopardi
Lill-Kbir Martri San Ġorġ - Vincenzo Ciappara
Innu La Stella - Giuseppe Giardini Vella