Join Us On:

News Archive

WIRJIET TAL-ĠIMGĦA MQADDSA

Fis-Sala tal-Każin La Stella, is-sede tas-Soċjetà Filarmonika La Stella qed tittella wirja marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa.  Il-Wirja tikkonsisti f’sett artistiku ta’ vari tal-Ġimgħa l-Kbira L-istatwi, jirrapreżentaw il-Passjoni w il-Mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu, tas-Sur George Cassar. Il-wirja tkun miftuħa matul il-ġranet li ġejjin.

DSC_0003 DSC_0005

Wirja oħra bl-istatwi ta’ Joe Cutajar Zahra tinsab miftuħa f’ Dar Leħen il-Belt V ictoria fis-sala t’isfel.  Nistednukom biex taslu wasla biex taraw din il-wirja wkoll.

DSC_0013

Intant infakkru fl-impenji li jmiss tal-Banda Ċittadina La Stella: il-parteċipazzjoni fil-purċissjoni devota u antika li toħroġ mill-Bażilika ta’ San Ġorġ nhar Il-Ġimgħa l-Kbira fil-5.30pm, kif ukoll fil-purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt nhar Ħadd il-Għid fid-8.45am.