Join Us On:

News Archive

WASLET IL-FESTA – TIBDA N-NOVENA

Capture

Malli nibdew ix-xahar ta’ Lulju l-attenzjoni tagħna tmur mal-ewwel fuq il-festa tagħna ddedikata lil San Ġorġ Martri, Paturn tal-Belt Victoria u mill-eqdem żminijiet Protettur tal-Għawdxin.  Ħareġ ukoll il-programm tal-festa li jista’ jinkiseb mill-Bażilika ta’ San Ġorġ u li jista jiġi downloaded minn dan il-link. Il-programm jinkludi wkoll dettalji tal-kunċerti tal-VIAF li jibqgħu għaddejjin sal-kunċert grandjuż tat-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa bl-Orkestra Filarmonika Nazzjonali taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella.

11707699_750629768379185_7087857285107159566_n

Xi wħud mill-appuntamenti importanti f’dawn il-jiem jinkludu n-Novena ta’ San Ġorġ li ssir fil-quddiesa tas-7.00pm minn Dun Anthony Bajada.  Din is-sena it-tema magħżula hija Beatus Georgius: L-Antifona ta’ San Ġorġ. Tkun ħaġa sabiħa li nattendu għal din in-novena bi preparazzjoni għall-festa.  In-Novena bdiet il-bieraħ 4 ta’ Lulju.

11402993_1023218224368598_111505934130699975_n

Nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Lulju fit-8.30pm għandna wkoll l-ikla tradizzjonali tal-festa ġewwa Pjazza San Ġorġ.  Tkun ħaġa sabiħa li nipparteċipaw bi ħġarna u nkunu qed ngħinu l-festa filwaqt li niddevertu f’dawn il-jiem sbieħ tas-sena.  Dettalji biex wieħed jibbukkja qegħdin fuq il-poster.

Intant infakkru wkoll lil dawk id-dilettanti tal-marċijiet tal-festa li c-CD tal-Marċi Brijużi 2015 jinsab għall-bejgħ mill-Każin La Stella.

back cd banda festa 2015a