Join Us On:

News Archive

WARA L-FESTA … L-ĦIDMA TKOMPLI !

Hekk kif is-sajf wasal fl-aħħar parti tiegħu, is-Soċjetà Filarmonika La Stella tkompli għaddejja bil-ħidma tagħha fid-diversi oqsma li jsawruha. Infatti ftit tal-ġimgħat ilu ġew organizzati diversi BBQs bħala fund-raising kemm mill-Għaqdiet tal-Armar u taż-Żgħażagħ, kif ukoll minn dawk li jieħdu ħsieb jiġbru l-fondi għan-Nar.  Nirringrazzaw lil dawk li b’mod kontinwu jissapportjaw l-inizjattivi li jsiru u li mingħajrhom il-festa ma tkunx tista’ ssir.  Minn din il-paġna aħna nkomplu nħeġġukom tipparteċipaw f’dawn l-inizjattivi kemm biex inkunu nistgħu nkomplu minn sena għal oħra norganizzaw festa b’livell li jixraq lill-Patrun tagħna San Ġorġ kif ukoll biex nagħmlu kuraġġ lil dawk li jaħdmu matul is-sena kollha bla ebda waqfien.

Bħalma għamilna fis-snin li għaddew ġbarna xi ritratti tal-festa mis-social media biex jibqgħu tifkira tal-festa tagħna.  Grazzi lil dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom anke b’dan il-mod.

(Link għall-Features tal-Festa)