Join Us On:

News Archive

STQARRIJA GHALL-ISTAMPA

FACADE CLEAN

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tal-Belt Victoria tagħmel riferenza għar-rappurtaġġ tal-aħħar ġranet rigward l-allegat sejbien ta’ splussiv nhar it-13 ta’ Marzu 2015 fir-Rabat, Għawdex.  Għall-preċiżjoni tixtieq tirrimarka li l-fatti kif ġraw huma dawk kif rappurtati fl-istqarrija li ħarġet il-Pulizija, fejn “żewġ persuni mill-Belt Victoria kienu arrestati wara li materjal splussiv kien misjub f’garaxx fi Triq Giuseppe Giardini Vella”.  Kull riferenza għall-manifattura tan-nar u t-Teatru Astra, hekk kif rappurtat minn sezzjonijiet tal-istampa, hi żbaljata.

Madankollu, is-Soċjetà Filarmonika La Stella tikkundanna bla riżerva l-att iżolat ta’ dawn il-persuni li qed ikunu sospiżi b’effett immedjat.  Is-Soċjetà La Stella jiddispjaċiha li, b’riżultat ta’ dawn il-fatti sfortunati, f’dawn il-ġranet l-attenzjoni fil-media kellha tiġi ddevjata mill-proġetti kulturali u artistiċi bbażati fuq il-volontarjat li hi twettaq għall-ġid tal-komunità.

Il-Kumitat tas-Socjetà Filarmonika La Stella jieħu l-opportunità biex isellem lill-korp tal-Pulizija fil-ħidma tal-qadi ta’ dmirijietu u li miegħu ikkollaborat bi sħiħ fl-aħħar ġranet.