Join Us On:

News Archive

SPETTAKLU MILL-AKBAR !

Il-bieraħ filgħaxija Pjazza San Ġorġ laqgħet fiha folla li ġeneralment narawha għal ħruġ u d-dħul ta’ San Ġorġ nhar il-festa.

Il-marċ tradizzjonali tal-Erbgħa telaq minn Triq Għajn Qatet fejn fi Pjazza San Ġorġ bdiet id-dimostrazzjoni b’ San Ġorġ taż-Żiemel (1987), xogħol Alfred Camilleri Cauchi.  Il-Banda Ċittadina La Stella imxiet quddiem l-istatwa filwaqt li dik ta’ Santa Margerita ta’ Sannat imxiet dritt wara.  Meta ż-żewġ baned waslu fi Triq ir-Repubblika komplew mexjin flimkien sa Pjazza San Ġorġ fejn il-banda tagħna sabet diffikultà kbira biex issib postha minħabba l-folla kbira ta’ nies li imliet litteralment kull rokna.  Hemmhekk indaqqu marċi brijużi u l-innu marċ sakemm l-istatwa ta’ San Ġorġ telgħet fuq il-pedestall fost kant, ċapċip u entużjażmu kbir, speċjalment miż-żgħażagħ tagħna. Dritt wara beda l-ispettaklu tal-fjammi tan-nar sinkronizzati mal-mużika, imtella’ mill-Astra Power Boys li kif kien mistenni kompla ħoloq atmosfera spettakolari.

Il-festa tkompli llum bit-tieni jum tat-tridu solenni.  Ma ninsewx li fis-18:30hrs ikun hemm l-għasar u dritt wara l-priedka dwar San Ġorġ minn Patri Joe Buttigieg.  Aktar tard dimostrazzjoni oħra kbira b’ San Ġorġ Patrun ta’Għawdex (2008) xogħol ta’ Michael Camilleri Cauchi bis-sehem tal-baned ta’ Santa Katarina taż-Żurrieq u l-Banda San Ġorġ ta’ Ħal-Qormi.  Wara ikun hemm preżentazzjoni awdjo-viżiva ġo Pjazza Savina.

Narawkom u l-kumplament tal-festa t’tajba !

Wednesday

(Ritratt: Andrew Formosa)

DSC06287

(Ritratt: Anton Farrugia)