Join Us On:

News Archive

SERVIZZ FIX-XEWKIJA

Nhar il-Ġimgħa li għaddiet il-Banda Ċittadina La Stella ħadet sehem fid-dimostrazzjoni popolari ta’ San Ġwann Battista ġewwa x-Xewkija.  Waqt id-dimostrazzjoni il-Banda tagħna akkumpanjat  l-vara sakemm din waslet fil-pjazza ewlenija.  Il-Banda tagħna daqqet diversi marċijiet brijużi mir-repertorju mużikali tagħha. Waqt id-dimostrazzjoni ħadet sehem ukoll il-Banda Prekursur tax-Xewkija. Din is-sena r-raħal tax-Xewkija qiegħed jiċċelebra il-170 sena mill-miġja tal-istatwa titulari tal-Battista, xogħol fl-injam ta’ Pietru Pawl Azzopardi.

Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu l-parruċċani tax-Xewkija l-festa it-tajba !

Christ baptised by St John Statue at Xewkija