Join Us On:

News Archive

SERATA TAL-ALJIEVI U JUM IL-GRADWAZZJONI

Bħalma sar dawn l-aħħar snin, għada fis-7.30pm se tittella serata oħra mill-aljievi tal-banda tagħna, kemm dawk fuq is-sezzjoni tar-ram kif ukoll dawn tal-qasba.  Għalhekk aħna nistiednu lilkom sabiex tattendu għal din l-attività li ċertament tkun qed tagħmel kuraġġ lil istess studenti kif ukoll lill-għalliema li ta’kull ġimgħa iħarrġu b’mod individwali lil dawn l-istudenti fl-istrumenti tagħhom.  Matul l-istess attività studenti li jkun ħarġu mal-Banda matul is-sena issirilom gradwazzjoni.  Grazzi jmur lill-għalliema George Camilleri u Michael Bonanno, kif ukoll lil Mario Galea tas-sehem tagħhom f’din l-attività.

Id-dħul għas-serata huwa b’xejn.

13179277_1199771676713251_8581760153427367802_n